Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Ikkuntattjana

Qabel tikkuntattjana, jekk jogħġbok kun ċert li qrajt l-FAQs tagħna bir-reqqa. Ħafna mill-mistoqsijiet li nirċievu diġà twieġbu f’din it-taqsima.

Għal mistoqsijiet oħrajn mhux misjubin fil-FAQs, jekk jogħġbok agħżel il-formola ta’ kuntatt adatta hawn taħt.

Mistoqsijiet/Kummenti

Jekk int interessat fl-opportunitajiet ta’ karrieri u fil-proċeduri ta’ selezzjoni tal-UE, tista’ tikkuntattja liċ-Ċentru ta’ Kuntatt ta’ EUROPE DIRECT (bi kwalunkwe lingwa mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE).

Jekk għandek mistoqsija dwar il-proċedura ta’ selezzjoni, l-applikazzjoni jew it-testijiet tiegħek, jeħtieġlek tikkuntattja l-EPSO direttament u normalment għandek tingħata tweġiba fi żmien 5 ijiem li fihom miftuħin għax-xogħol. Madankollu, mistoqsijiet aktar kumplessi, jew dawk li jeħtieġu traduzzjoni, jistgħu jieħdu aktar żmien.

Is-sottomissjoni tal-mistoqsija tiegħek tista’ tieħu ftit sekondi. Jekk jogħġbok stennieha sakemm titlesta u tipprovax tikklikkja l-buttuna tas-sottomissjoni diversi drabi. Jekk tagħmel dan timblokka s-sistema.

Wara s-sottomissjoni b’suċċess tal-mistoqsija tiegħek, tirċievi email ta’ konferma b’numru ta’ referenza. Jekk jogħġbok semmi dan in-numru ta’ referenza fil-korrispondenza kollha sussegwenti mal-EPSO dwar l-istess suġġett. Jekk ma tirċevix il-konferma wara 5 minuti, jekk jogħġbok erġa’ ibgħat il-messaġġ.

Jekk jogħġbok ara kif se tkun immaniġġjata d-data personali tiegħek.

Ilmenti

Jekk tixtieq tressaq ilment dwar l-applikazzjoni tiegħek għal waħda mill-proċeduri ta’ selezzjoni tagħna, jekk jogħġbok issottometti l-ilment tiegħek permezz tal-formola tagħna.

Is-sottomissjoni tal-mistoqsija tiegħek tista’ tieħu ftit sekondi. Jekk jogħġbok stenna sakemm titlesta u ħu ħsieb li ma tikklikkjax il-buttuna “issottometti” diversi drabi. Dan jimblokka s-sistema.

Wara s-sottomissjoni b’suċċess tal-mistoqsija tiegħek, se tirċievi konferma b’numru ta’ referenza permezz ta’ email. Jekk jogħġbok semmi dan in-numru ta’ referenza fil-korrispondenza kollha sussegwenti mal-EPSO dwar l-istess suġġett. Jekk ma tirċevix il-konferma wara 5 minuti, jekk jogħġbok erġa’ ibgħat il-messaġġ.

Jekk jogħġbok ara kif se tkun immaniġġjata d-data personali tiegħek.

Indirizz postali

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal
L-107
B-1049 Brussell
Il-Belġju

Kuntatti fl-Istat Membru tiegħek

 

Xi stati membri tal-UE joffru taħriġ u appoġġ għaċ-ċittadini tal-UE. 

Ara l-lista ta' kuntatti fl-Istat Membru tiegħek biex issib jekk u kif jistgħu jgħinuk.