Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Nikos Z., Awditur

“Ingħaqadt mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fl-2006. Bħala awditur, naħdem fuq il-politika ta’ koeżjoni u fuq ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, li jipprovdi valutazzjoni ġenerali tal-valur miżjud tal-programmi tal-UE.

Id-dmirijiet tiegħi jinkludu l-ippjanar ta’ awditi, il-valutazzjoni tal-evidenza, ir-rieżami ta’ varjetà kbira ta’ dokumenti, l-abbozzar ta’ rapporti kif ukoll it-twettiq ta’ żjarat fuq il-post lill-awtoritajiet u lill-benefiċjarji fl-Istati Membri. Il-lingwa ta’ ħidma ewlenija tagħna hi l-Ingliż iżda nitkellmu wkoll diversi lingwi oħrajn. Ħiliet tajbin ta’ komunikazzjoni u organizzazzjoni huma essenzjali għal xogħli.

Għandi sfond fl-inġinerija, segwit minn studji fl-Amministrazzjoni Pubblika. Ikkwalifikajt ukoll bħala awditur intern iċċertifikat mal-Istitut tal-Awdituri Interni u mbagħad lestejt Masters fix-Xjenza fil-Ġestjoni tal-Awditjar u fil-Konsulenza. Qabel ma ngħaqadt mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ħdimt bħala manager tal-proġett u bħala awditur intern f’organizzazzjonijiet industrijali.”

Awditur, Qorti Ewropea tal-Awdituri

stama

Stamatios A., Awditur

Jien naħdem bħala awditur fil-Kummissjoni Ewropea, rwol eċċitanti u sodisfaċenti. L-għan ewlieni tagħna huwa li niggarantixxu l-użu korrett u legali tal-flus tal-kontribwenti tal-UE. Nipprovdi wkoll sorveljanza, filwaqt li niżgura li s-sistemi jkunu qed jaħdmu sew u li r-regoli jiġu rispettati.

Waħda mill-aktar partijiet interessanti ta’ xogħli hija l-interazzjoni mal-benefiċjarji tal-finanzjament tal-UE fil-pajjiżi kollha tal-UE (u anke lil hinn) permezz ta’ kontrolli fuq il-post fil-bini tagħhom. Il-ħidma flimkien ma’ kollegi mid-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni tal-UE hija daqstant affaxxinanti peress li tagħtina stampa ġenerali tal-operazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-UE.