Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

L-aċċessibbiltà tal-EPSO qed titjieb!

hands on a screen reader

Għandna l-pjaċir ninfurmawk li l-esperti tagħna qed jistinkaw biex itejbu l-aċċessibbiltà kemm tal-Profil tal-EPSO kif ukoll tal-Formola tal-Applikazzjoni.

Bis-saħħa tal-esperti tal-aċċessibbiltà mid-DĠ SANTE, l-unità tas-Servizzi Korporattivi tal-EPSO u d-DIGIT, ksibna aktar minn riżultati tanġibbli għal kandidati b’vista batuta meta jkollhom bżonn joħolqu profil tal-EPSO u jixtiequ jimlew Formola tal-Applikazzjoni.

Hawn taħt hawn xi eżempji ta’ titjib kbir li ksibna biex l-għodod ta’ komunikazzjoni tagħna jsiru aktar aċċessibbli:

  •  Issostitwejna l-links b’buttuni, għalhekk il-qarrej tal-iskrin NVDA (Aċċess għall-Desktop Mhux Viżwali) jista’ jiggwida lill-kandidati biex jaċċessaw l-informazzjoni fuq l-iskrin b’mod korrett.
  •  Żidna Sliding Captcha pprovdut minn Webtools (minflok il-kodiċi Captcha preċedenti) biex nagħmlu ħajjithom aktar faċli.
  •  Inkludejna karatteristika ġdida biex niżguraw li l-qarrej tal-iskrin ilissen l-informazzjoni korretta meta l-kandidati jaslu fil-qasam tal-ġeneru, biex ikunu jistgħu jagħżlu b’mod aktar aġli l-buttuna tar-radju li tikkorrispondi għar-realtajiet tagħhom. 
  •  Neħħejna l-qasam tal-formoli “qari biss”, peress li l-qarrej tal-iskrin ma setax jinteraġixxi magħhom.
  •  Neħħejna tabelli li kienu jintużaw biss għad-disinn tal-iskrins biex l-utent ma jkunx mgħobbi żżejjed b’informazzjoni li ma tistax tintuża (il-qarrej tal-iskrin kien iħabbarhom).

L-għan ta’ dan l-eżerċizzju huwa li tiġi żgurata l-konformità mal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG 2.0).

Se nkomplu bl-isforzi tagħna u diġà qed inħarsu lejn aktar titjib fir-rigward tal-aċċessibbiltà diġitali tagħna: ibqa’ aġġornat!