Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Staff kuntrattwali

Hu possibbli li taħdem għall-UE fuq bażi ta’ kuntratt b’terminu fiss. 

L-aġenti (jew l-istaff) kuntrattwali jwettqu numru ta’ kompiti manwali jew amministrattivi u jistgħu jipprovdu kapaċità addizzjonali f’oqsma speċjalizzati meta jkun hemm għadd insuffiċjenti ta’ uffiċjali.

Ġeneralment jiġu reklutati għal kuntratti b’terminu fiss (massimu ta’ 6 snin fi kwalunkwe Istituzzjoni tal-UE), iżda f’xi każijiet jistgħu jiġu offruti kuntratti għal żmien indefinit (f’uffiċċji, aġenziji, delegazzjonijiet jew rappreżentanzi). 

L-istaff kuntrattwali jiġi reklutat b’żewġ modi differenti: permezz tal-proċedura CAST Permanenti jew permezz ta’ proċess ta’ selezzjoni ad hoc

Fl-ewwel tip ta’ selezzjoni, il-kelma CAST tfisser Għodda għas-Selezzjoni tal-Aġenti Kuntrattwali filwaqt li Permanenti tfisser li hija miftuħa, b’ebda data tal-iskadenza għall-applikazzjoni.

Il-pożizzjonijiet CAST Permanenti huma disponibbli għal firxa wiesgħa ta’ profili ta’ impjiegi. F’din is-selezzjoni, il-kandidati japplikaw għal profil u mhux għal pożizzjoni ta’ impjieg speċifika.

L-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE jistgħu wkoll jirreklutaw staff biex jimlew pożizzjonijiet speċifiċi permezz ta’ pożizzjonijiet vakanti ta’ staff kuntrattwali ad hoc. F’dan il-każ, għal kull pożizzjoni vakanti tiġi stabbilita data tal-iskadenza għall-applikazzjoni

Hekk kif jinqalgħu ħtiġijiet ta’ staff kuntrattwali, jistgħu jiġu ppubblikati pożizzjonijiet vakanti ad hoc għal firxa wiesgħa ta’ profili bħal webmasters, uffiċjali tal-politika, lingwisti, koordinaturi tal-proġetti, uffiċjali tas-sigurtà, maniġers tal-inġinerija xjentifika, xufiera, speċjalisti tal-komunikazzjoni, riċerkaturi, biex insemmu biss ftit. 

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri ta’ applikazzjoni kemm għall-CAST Permanenti kif ukoll għal pożizzjonijiet vakanti ta’ staff kuntrattwali ad hoc fil-paġna tagħna Proċess ta’ selezzjoni.

Kemm fil-każijiet tal-CAST Permanenti kif ukoll dawk ad hoc, il-kandidati li jirnexxilhom jiksbu kuntratt se jiġu impjegati għal ammont fiss ta’ żmien. F’xi korpi u aġenziji tal-UE, il-kuntratti jistgħu jiġu estiżi għal tul ta’ żmien indefinit.

Il-pożizzjonijiet kollha ta’ staff kuntrattwali huma maqsumin f’erba’ gruppi ta’ funzjoni (livelli tal-karriera):

Gruppi ta’ funzjonijiet (FG)

Grad

Kompiti

FG IV

13 sa 18

Kompiti amministrattivi, konsultattivi, lingwistiċi u kompiti tekniċi ta’ dan it-tip, li jitwettqu taħt is-superviżjoni ta’ uffiċjali jew staff temporanju.

FG III

8 sa 12

Kompiti eżekuttivi, abbozzar, kontabbiltà u kompiti tekniċi oħrajn ta’ dan it-tip, li jitwettqu taħt is-superviżjoni ta’ uffiċjali jew staff temporanju.

FG II

4 sa 7

Kompiti klerikali u segretarjali, tmexxija tal-uffiċċju u kompiti oħrajn ta’ dan it-tip, li jitwettqu taħt is-superviżjoni ta’ uffiċjali jew staff temporanju.

FG I

1 sa 3

Kompiti manwali u kompiti ta’ servizz ta’ appoġġ amministrattiv, li jitwettqu taħt is-superviżjoni ta’ uffiċjali jew staff temporanju.

Ikseb aktar dettalji minn din it-tabella tas-salarji.(14/12/2023 - C/2023/1544).

Sib opportunitajiet ta’ impjiegi disponibbli għall-istaff kuntrattwali.