Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
ines

Inês G., Uffiċjal responsabbli għall-komunikazzjoni u l-avvenimenti

Jien responsabbli mill-koordinazzjoni tal-organizzazzjoni tal-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ (EYE). L-EYE jiġbor flimkien eluf ta’ żgħażagħ fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu biex isawru u jaqsmu l-ideat tagħhom dwar il-futur tal-Ewropa.

Verament kuntenta nagħmel dan ix-xogħol: il-kompiti tiegħi ta’ kuljum huma pjuttost varjati u nħoss sodisfazzjoni kbir li naħdem ma’ u għaż-żgħażagħ mill-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha.

Fir-rwol tiegħi, nikkoordina t-timijiet differenti responsabbli għall-programm, il-komunikazzjoni esterna u l-loġistika tal-avveniment. Nikkollabora wkoll mal-partijiet esterni differenti involuti f’avveniment fuq skala kbira bħal dan biex niżgura li kollox jitwettaq mingħajr xkiel.

Għandi sfond fil-komunikazzjoni u l-lingwi. Wara l-lawrja tiegħi ta’ Baċellerat fl-Istudji tal-Komunikazzjoni f’Lisbona, il-belt tiegħi, ġibt Masters fl-Industriji Kulturali u Kreattivi fil-King's College f’Londra.

Wara varjetà ta’ esperjenzi ta’ xogħol - l-aktar bħala freelancer u fis-settur privat - ingħaqadt mal-Parlament Ewropew fl-2013. Bdejt naħdem bħala traduttur fil-Lussemburgu, imbagħad mort Brussell biex naħdem fil-komunikazzjoni interna fil-qasam tal-IT, qabel ma ħadt il-pożizzjoni attwali tiegħi fil-komunikazzjoni u l-avvenimenti fid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew.