Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Simona, Kap tat-Tim

“Il-filosofija ta’ ħajti hi li qatt mhu tard li nesplora karrieri professjonali ġodda. Konxja tad-domanda kontinwa għall-profili tal-IT fl-oqsma kollha tas-suq tax-xogħol Ewropew u b’interess fit-tul fis-sistemi tal-IT u ċ-ċibersigurtà, iddeċidejt li nħaddan id-dinja diġitali b’mod professjonali.

Ingħaqadt mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika biex immexxi t-tim taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni fl-Unità tat-Trasformazzjoni u l-Koordinazzjoni Diġitali. Hu eċċitanti li tkun parti mill-unità li ssawwar l-istrateġija diġitali l-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea, tgħin biex jiġu stabbiliti proċessi mingħajr karti biex issalva l-ambjent fraġli tagħna, u tgħin lill-kollegi f’direttorati oħrajn jimplimentaw proċessi ta’ tfassil ta’ politika lesti diġitalment mill-ewwel stadji tal-abbozzar ta’ politiki futuri tal-UE.

Xogħli jagħtini diversi opportunitajiet, bħan-networking, l-appoġġ u t-tagħlim. Kuljum, qed insir naf kollegi minn diversi sfondi, f’pożizzjonijiet differenti, u b’responsabbiltajiet differenti. It-tim tiegħi jipprovdi l-appoġġ aħħari lill-klijenti korporattivi u jgħaddi minn proċess ta’ tagħlim kostanti meta jiġu kondiviżi l-għarfien u l-aħjar prattiki.”

Kap tat-Tim, id-Direttorat Ġenerali għall-Informatika (DIGIT), Kummissjoni Ewropea