Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Dwar l-EPSO

EPSO: Inqabblu t-Talent Ambizzjuż ma’ Karriera mal-UE

Il-missjoni ewlenija tal-EPSO hi li jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ tal-istituzzjonijiet billi jagħżel kandidati b’talent permezz ta’ kompetizzjonijiet ġeneralisti u speċjalizzati. Fit-twettiq ta’ dan l-għan, l-EPSO jaġixxi bħala relatur fdat bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u professjonisti u gradwati bi prestazzjoni għolja. B’hekk jikkontribwixxi għall-bini tas-servizz ċivili Ewropew attwali u futur.

Bħala uffiċċju interistituzzjonali, l-EPSO hu responsabbli għas-selezzjoni tal-istaff prinċipalment għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Awdituri Ewropea, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, is-Servizz Ewropew ta’ Azzjoni Esterna, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Kull waħda minn dawn l-istituzzjonijiet tirrekluta l-istaff minn lista li tingħata mill-EPSO ta’ kandidati li jirnexxilhom jgħaddu mill-proċess kollu.

Tista’ titgħallem dwar il-klijenti istituzzjonali tagħna fil-qosor billi tikkonsulta din il-paġna.

Tista’ titgħallem aktar dwar it-tipi differenti ta’ istituzzjonijiet u korpi li jiffurmaw is-servizz ċivili tal-UE billi żżur din il-paġna.

Our vision is to provide the EU institutions with the workforce that best matches their needs. This is accomplished by deploying high quality, efficient and effective selection procedures, together with an innovative approach.

The following drivers will steer our set strategic direction:

  • Proactivity and client orientation
  • Adopting an innovation mindset and the ability to anticipate trends in talent spotting
  • Using selection methods that attract diverse talent pool.
  • Offering a catalogue of services reflecting the needs of the client institutions.
  • Ensuring that procedures are clear, transparent and accessible to all candidates. Complaints are meant to be exceptional and acted on in the spirit of good administrative practices.

Tliet prinċipji ewlenin jiggwidaw l-azzjonijiet futuri tal-EPSO biex tinkiseb il-viżjoni tagħna:

  • Preċiżjoni: L-EPSO jistinka biex jadotta l-aħjar metodi ta’ selezzjoni, billi jittestja l-kompetenzi t-tajba bit-testijiet it-tajba. L-għan huwa li jiġu mmirati l-aktar kandidati xierqa u tiġi evalwata l-prestazzjoni tagħhom skont l-aħjar prattiki internazzjonali.
  • Aġilità: Il-proċessi tal-EPSO huma dejjem aktar modulari u adattabbli għat-talbiet speċifiċi tal-klijent. Il-feedback tagħhom u r-reviżjonijiet interni huma parti integrali ta’ dan l-approċċ.
  • Veloċità: It-tul tal-kompetizzjonijiet tal-EPSO qed jiqsar. Dan jinkiseb billi tiġi antiċipata u msaħħa l-ħidma tal-bordijiet tal-għażla u l-persunal, tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet klijenti u jiġu ssimplifikati l-proċessi tal-għażla, billi jitneħħewlhom elementi burokratiċi bla bżonn.

 

  • Integrità – il-membri tal-persunal tal-EPSO jafdaw lil xulxin, jaġixxu b’onestà u rieda tajba, u jżommu l-interess tas-servizz u tal-istituzzjonijiet klijenti ċari f’moħħhom.
  • Professjonaliżmu - l-EPSO jmexxi l-proċeduri tal-għażla b’mod ġust u effiċjenti, billi juża l-aħjar prattiki u jiżgura l-kwalità u s-sodisfazzjon tal-klijenti permezz tal-persunal iddedikat u kkwalifikat tiegħu. L-EPSO huwa innovattiv u dinamiku, impenjat li jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu.
  • Servizz ta’ kwalità - l-EPSO jistinka b’mod konsistenti biex jipprovdi lill-istituzzjonijiet klijenti bi standards eċċellenti ta’ servizz fil-ħin. Huwa jikseb dan billi jisma’ b’attenzjoni lill-partijiet ikkonċernati tiegħu u billi jittejjeb kontinwament abbażi tal-feedback tagħhom.
  • Diversità u Rispett - l-EPSO jirrifletti d-diversità fit-tim tiegħu stess u jappoġġja lill-membri kollha tal-persunal tiegħu, indipendentement mill-isfond tagħhom, biex jagħmlu l-aħjar sforzi tagħhom biex jintlaħaq l-għan komuni. Imġiba professjonali rispettuża hija l-prinċipju fir-relazzjonijiet kollha ta’ ħidma fl-EPSO.
  • Kollaborazzjoni - l-EPSO jinkuraġġixxi l-kollaborazzjoni internament u mal-partijiet ikkonċernati. Huwa jibni sħubijiet ta’ kwalità biex itejjeb il-prestazzjoni ġenerali bħala fornitur ta’ servizz. Pjattaformi ta’ ħidma kondiviżi huma użati u mħeġġa b’mod attiv. Sinerġiji aktar profondi jappoġġjaw il-proattività, l-orjentazzjoni tal-klijent u l-iżvilupp ta’ kultura ta’ eċċellenza.

Illum, l-EPSO jipproċessa medja ta’ 46,000 applikazzjoni fis-sena għal madwar 1,300 post tax-xogħol fl-istituzzjonijiet tal-UE. L-ittestjar isir b’24 lingwa – dan huwa xenarju uniku fid-dinja tas-selezzjoni.

Informazzjoni dwar laqgħat ma’ rappreżentanti ta’ interess organizzati mid-Direttur tal-EPSO.

L-EPSO jimmaniġġja s-sit web Karriera mal-UE, li fih informazzjoni għall-pubbliku ġenerali dwar il-proċeduri tal-għażla tal-UE u l-kompetizzjonijiet tal-EPSO b’24 lingwa. Segwi Karriera mal-UE fuq FacebookTwitterLinkedIn u Instagram.

 

Iċċekkja l-video tagħna hawn taħt biex titgħallem dwar l-EPSO f'daqqa t’għajn: