Persunal tal-kura tat-tfal

Miftuħa għal applikazzjoni: 
16/04/2018
Data tal-għeluq: 
ebda skadenza ta' żmien għall-applikazzjoni
Grad: 
Istituzzjoni/Aġenzija: 
Tip ta' kuntratt: 

 

Qabel ma tiddeċiedi jekk tixtieqx tapplika għal din/dawn il-proċedura/i ta' selezzjoni aqra s-Sejħa għal espressjonijiet ta' interess biex tiżgura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-eliġibilità fid-data tal-validazzjoni tal-applikazzjoni tiegħek.

Tista’ tapplika għal wieħed jew aktar minn dawn il-profili u/jew gruppi ta’ funzjonijiet. Nirrikkmandawlek li tagħżel biss dawk il-profili u gruppi ta’ funzjonijiet l-iktar rilevanti għall-edukazzjoni u l-esperjenza tiegħek.

Il-fatt li tippreżenta applikazzjonijiet multipli ma jżidx neċessarjament iċ-ċansijiet tiegħek li tintgħażel minn qabel.

Il-kuntratti għal din/dawn il-proċedura/i ta’ selezzjoni se jkunu fil-maġġorparti għal pożizzjonijiet fi Brussell u l-Lussemburgu. Numru limitat ta’ kuntratti jistgħu jkunu disponibbli fi bliet oħra tal-UE u f’delegazzjonijiet tal-UE mad-dinja kollha.

Għal aktar informazzjoni ara wkoll il-Mistoqsijiet u t-tweġibiet speċifiċi.

Applikazzjoni

Jekk tiddeċiedi li tapplika jekk jogħġbok segwi dawn l-istruzzjonijiet:

  1. Oħloq il-profil tal-EPSO tiegħek jekk għad m’għandekx wieħed.
  2. Kun ċert li ħriġt mill-profil tal-EPSO tiegħek.
  3. Ikklikkja APPLIKA hawn taħt.
  4. Illoggja fil-profil tal-EPSO tiegħek.
  5. Iċċekkja l-istruzzjonijiet dwar kif timla l-formola. Meta tkun qed tapplika, jekk jogħġbok qis li ssegwi l-istruzzjonijiet fuq l-iskrins.

Hemm diffikultajiet għall-aċċessibilità? L-aċċessibilità hi importanti ħafna għall-EPSO u qed naħdmu b’mod intensiv biex kontinwament intejbu l-aċċessibilità tal-proċeduri tagħna ta’ komunikazzjoni u selezzjoni. Għadek qed tiltaqa’ ma' diffikultajiet biex taċċessa xi partijiet tas-sit web u/jew tad-dokumenti tagħna? Jekk jogħġbok ikkuntattjana

  1. Imla u vvalida l-formola ta’ applikazzjoni online fil-lingwa/i mitluba mis-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess.

    Jekk jogħġbok innota li s-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess tinkludi struzzjonijiet dwar il-lingwa li biha għandek tissottometti l-formola ta’ applikazzjoni tiegħek. In-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit jista’ jwassal għall-iskwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni.
     
  2. Il-mili tal-formola ta’ applikazzjoni hi proċedura li tieħu l-ħin. Nirrakkomandawlek li ma tħallix għall-aħħar mument. L-EPSO ma jistax jaċċetta applikazzjonijiet minn kandidati li jonqsu li jilħqu l-iskadenza stipulata.
     
  3. Kun ċert li tagħżel il-grad/lingwa/profil tajjeb, meta applikabbli. Jekk m’intix ċert liema grad/lingwa/profil trid tagħżel, jekk jogħġbok ikkonsulta s-Sejħa għal espressjoni ta’ interess.

Ippjanar indikattiv

Din l-informazzjoni hija indikattiva. L-EPSO jirriżerva d-dritt li jbiddel l-informazzjoni murija fi kwalunkwe ħin, u jippubblika aġġornamenti regolarment.

StadjiKalendarju indikattiv
Applikazzjonijiet miftuħa16/04/2018
Data tal-għeluq għall-applikazzjoni ebda skadenza ta' żmien għall-applikazzjoni

Informazzjoni relatata

Data tal-post: 16/04/2018 - 12:36
Data aġġornata: 20/04/2018 - 10:13