Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Il-Qorti tal-Ġustizzja, li hi bbażata l-Lussemburgu, tinterpreta l-liġi tal-UE biex tiżgura li tiġi applikata bl-istess mod fil-pajjiżi kollha tal-UE, u tirrisolvi wkoll tilwimiet legali bejn il-gvernijiet tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-UE. F’ċerti ċirkostanzi tista’ tintuża wkoll minn individwi, kumpaniji jew organizzazzjonijiet biex iressqu kawżi quddiem il-Qorti jekk iħossu li d-drittijiet tagħhom ġew miksura minn xi istituzzjoni tal-UE.

Il-parti l-kbira tal-persunal fis-servizzi tal-Qorti huma reklutati mil-listi ta’ riżerva tal-kompetizzjonijiet miftuħa ppubblikati fuq dan is-sit web. Madankollu, f’ċerti ċirkustanzi, il-qorti tista’ tuża persunal temporanju jew persunal kuntrattwali għal kompiti awżiljarji. Dan japplika għall-istituzzjonijiet kollha.

Traineeship

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Tip ta' traineeship: Traineeship
Description

Gradwati universitarji b'lawrja fil-liġi jew ix-xjenzi politiki

Min jista’ japplika: gradwati b'lawrja fil-liġi jew fix-xjenzi politiki (iffukata fuq il-liġi)
Tul: 5 xhur
 

Aktar tagħrif: Aktar informazzjoni dwar traineeships mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Tip ta' traineeship: Traineeships għal-lingwisti
Description

Interpreti tal-konferenzi li għadhom kif ikkwalifikaw

Min jista’ japplika: interpreti tal-konferenza li għadhom kif ġabu diploma fl-interpretazzjoni tal-konferenzi
Tul: minn 10 sa 12-il ġimgħa

Aktar tagħrif: Aktar informazzjoni dwar traineeships mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea