EPSO

Kommunikazzjoni

Jekk għandek esperjenza fil-komunikazzjoni, hemm varjetà ta’ rwoli ta’ amministratur (AD) u ta’ assistent (AST) fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE fejn tista’ tkun involut f’xogħol mal-istampa u mal-midja, kif ukoll ħidma fuq siti web u pubblikazzjonijiet.

Deskrizzjoni tal-impjieg

L-assistenti tal-komunikazzjoni jaħdmu f'wieħed mis-setturi jew aktar relatati mal-komunikazzjoni u l-informazzjoni interna u esterna. Xogħlok jista’ jinkludi l-immaniġġjar ta’ kuntatti mal-istampa, il-midja u l-pubbliku, l-abbozzar, ir-reviżoni u t-tħejjija ta’ bosta dokumenti għall-pubblikazzjoni, l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti, it-tħejjija ta’ dokumenti ta’ informazzjoni, pubblikazzjonijiet, fuljetti u prodotti awdjoviżivi, l-immaniġġjar tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni permezz ta’ siti web u l-midja soċjali, il-parteċipazzjoni fl-analiżi u l-impatt fuq il-midja tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni, kollegament u koordinazzjoni ma’ partijiet interessati (Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, subkuntratturi, eċċ.)

 

Kwalifiki ewlenin

Għandu jkollok għarfien tajjeb tal-anqas ta’ 2 lingwi tal-UE u jew edukazzjoni postsekondarja fil-komunikazzjoni, l-istudji tal-midja, il-ġurnalimu jew ir-relazzjonijiet pubbliċi u xi snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti skont il-kompetizzjoni, jew edukazzjoni sekondarja u diversi snin ta' esperjenza professjonali skont il-kompetizzjoni.

Skopri aktar dwar il-proċedura ta’ selezzjoni. Tista' ssib ukoll utli t-testijiet kampjun tagħna.

Ara l-paġna tat-Traineeships tagħna għal aktar informazzjoni dwar it-traineeships.

Deskrizzjoni tal-impjieg

L-uffiċjali għall-komunikazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jaħdmu f’oqsma bħall-komunikazzjoni esterna mal-pubbliku inġenerali, inklużi l-midja u l-gruppi ta’ viżitaturi, informazzjoni miktuba u orali għar-rappreżentanti tal-midja, il-komunikazzjoni fuq il-web u l-komunikazzjoni strateġika u f’każ ta’ kriżi.

Xogħlok jista’ jinkludi l-abbozzar ta’ stqarrijiet għall-istampa, rapporti u testi għal tipi differenti ta’ midja (bil-lingwa li tiġi reklutat għaliha, u/jew bil-Franċiż jew bl-Ingliż), l-istabbiliment u ż-żamma ta’ relazzjonijiet mal-midja, il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ suġġetti relatati mal-UE, il-monitoraġġ u l-analizzar tal-impatt tal-midja kif ukoll l-immaniġġjar u ż-żamma tal-preżenza tal-UE fuq il-pjattaformi online kollha, inklużi l-preparazzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ kontenut oriġinali.

 

Kwalifiki Ewlenin

Għandu jkollok għarfien tajjeb tal-anqas ta' 2 lingwi tal-UE, lawrja f’suġġett rilevanti (iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi fl-avviż ta’ kompetizzjoni), għad-dħul fil-Grad AD 5 (il-grad ta’ dħul għall-amministraturi permanenti), u diversi snin ta’ esperjenza rilevanti, biex tingħaqad magħna f’livell ogħla (Grad AD 7).

Skopri aktar dwar il-proċedura ta’ selezzjoni. Tista' ssib ukoll utli t-testijiet kampjun tagħna.

 

Ara l-paġna tat-Traineeships tagħna għal aktar informazzjoni dwar it-traineeships.