Jekk għandek esperjenza fil-qasam tal-ekonomija, tal-matematika jew tal-istatistika, u tixtieq taħdem biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u standards aħjar tal-għajxien fl-Ewropa, tista’ ssegwi karriera fl-UE bħala ekonomista jew statistiku. Il-proċedura ta’ selezzjoni għall-gradwati annwali tagħna, li titnieda kull sena fil-ħarifa, hi l-aktar rotta li titfittex b’mod frekwenti għal karriera fl-UE għall-ekonomisti u l-istatistiċi.
Deskrizzjoni tal-impjieg
Jekk tiġi impjegat bħala ekonomist tal-UE, se taħdem mill-qrib ma’ uffiċjali anzjani li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jipprovdu analiżi ekonomika u statistika u jfasslu strateġiji ġodda f’oqsma bħalma huma l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, l-integrazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku, il-kummerċ pan-Ewropew, il-finanzi pubbliċi, ir-riformi strutturali u l-munita unika.
Kwalifiki Importanti
Għandu jkollok għarfien tajjeb mill-anqas ta' 2 lingwi tal-UE, lawrja fl-ekonomija għad-dħul fil-Grad AD 5 (il-grad ta’ dħul għall-amministraturi permanenti), u diversi snin ta’ esperjenza rilevanti, biex tingħaqad magħna f’livell ogħla (Grad AD 7).
Skopri aktar dwar il-proċedura ta’ selezzjoni. Tista' ssib ukoll utli t-testijiet kampjun tagħna.
Ara il-paġna tat-Traineeships tagħna għal aktar informazzjoni dwar it-traineeships.