Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

Home > Profili ta' Karriera mal-UE > Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

Deskrizzjoni tal-impjieg

Jekk inti gradwat b’esperjenza ġenerali fl-amministrazzjoni pubblika u l-politika, il-kariga ta’ uffiċjal ta’ politika tista’ tkun magħmula apposta għalik. Tista’ tkun uffiċjal tal-politika f’ħafna setturi differenti, mill-informazzjoni u t-teknoloġija sad-drittijiet tal-bniedem. Bħala uffiċjal tal-politika, tkun involut fit-tfassil ta’ analiżi tal-politika, l-implimentazzjoni ta’ proġetti u programmi ta’ ħidma madwar l-Ewropa, tikkoordina l-ħidma bejn id-dipartimenti u ma’ partijiet ikkonċernati esterni, l-għoti ta’ appoġġ mill-qrib lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, u l-immaniġġjar ta’ riżorsi umani u finanzjarji.

 

  Kwalifiki Importanti

Għandu jkollok għarfien tajjeb tal-anqas ta' 2 lingwi tal-UE, lawrja ta’ Baċellerat għad-dħul fil-Grad AD 5 (il-grad ta’ dħul għall-amministraturi permanenti), u diversi snin ta’ esperjenza rilevanti, biex tingħaqad magħna f’livell aktar għoli (Grad AD 7).

Skopri aktar dwar il-proċedura ta’ selezzjoni. Tista' ssib ukoll utli t-testijiet kampjun tagħna.

Ara l-paġna tat-Traineeships tagħna għal aktar informazzjoni dwar it-traineeships.