Relazzjonijiet Esterni

Home > Profili ta' Karriera mal-UE > Relazzjonijiet Esterni

Deskrizzjoni tal-impjieg

Diplomatiċi żgħażagħ għandhom jikkunsidraw li jaħdmu bħala uffiċjali għar-relazzjonijiet esterni tal-UE. Bħala uffiċjal għar-relazzjonijiet esterni tista’ tieħu sehem f’negozjati u fl-implimentazzjoni ta’ ftehimiet bilaterali u multilaterali bejn l-UE u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, tikkoordina l-azzjoni esterna tal-UE ma’ Stati Membri u ma’ diversi istituzzjonijiet tal-UE, tirrappreżenta l-UE barra l-kontinent, tappoġġja relazzjonijiet dipolimatiċi ma’ pajjiżi sħab tal-UE u tippromwovi l-interessi tal-UE, taħdem mill-qrib ma’ delegazzjonijiet u ambaxxati tal-UE, tabbozza rapporti politiċi, b’noti analitiċi u sommarji għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, torganizza u tieħu sehem f’laqgħat ta’ livell għoli soġġetti għal protokoll uffiċjali.

 

Kwalifiki Ewlenin

Irid ikollok għarfien tajjeb tal-anqas ta’ 2 lingwi tal-UE, lawrja għad-dħul fil-Grad AD 5 (il-grad ta’ dħul għall-amministraturi permanenti), u diversi snin (6 jew aktar) ta’ esperjenza rilevanti, biex tingħaqad magħna f’livell ogħla (Grad AD 7).

Skopri aktar dwar il-proċedura ta’ selezzjoni. Tista' ssib ukoll utli t-testijiet kampjun tagħna.

 

Ara wkoll is-sit web tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għal opportunitajiet ta’ kuntratt temporanju jew il-paġna tat-Traineeships tagħna għal aktar informazzjoni dwar it-traineeships.