Il-Finanzi

Jekk inti tajjeb fil-finanzi, l-istituzzjonijiet tal-UE regolarment ifittxu Ġesturi u assistenati finanzjarji jew fuq bażi permanenti jew kuntrattwali.

Deskrizzjoni tal-impjieg

L-amministraturi finanzjarji tal-UE jaħdmu bi strutturi finanzjarji kumplessi ħafna u jassistu mill-qrib l-uffiċjali anzjani fit-teħid tad-deċiżjonijiet billi jiddefinixxu l-proċeduri finanzjarji u baġitarji, iħejju r-rapporti u l-kontijiet annwali, jassistu fl-awditjar u l-ispezzjonijiet, jimmaniġġjaw ir-riskju organizzattiv, u jissorveljaw u jagħmluha ta’ mentors mal-kollegi.

 

Kwalifiki Ewlenin

Irid ikollok għarfien tajjeb tal-anqas ta’ 2 lingwi tal-UE, lawrja adatta għad-dħul fil-Grad AD 5 (il-grad ta’ dħul għall-amministraturi permanenti), u diversi snin ta’ esperjenza rilevanti, biex tingħaqad magħna f’livell ogħla (Grad AD 7).

Jistgħu jiġu impjegati aġenti kuntrattwali wkoll sabiex iwettqu xi kompiti relatati mal-finanzi, iżda r-rekwiżiti għandu mnejn ivarjaw.

Skopri aktar dwar il-proċedura ta’ selezzjoni. Tista' ssib ukoll utli t-testijiet kampjun tagħna.

 

Ara l-paġna tat-Traineeships tagħna għal aktar informazzjoni dwar it-traineeships tat-traduzzjoni.

Deskrizzjoni tal-impjieg

Id-dmirijiet tal-assistenti tal-immaniġġjar/tal-kontabilità finanzjarja jinkludu l-użu ta’ għodod speċifiċi tal-IT (bħas-sistema kontabilistika integrata) biex jgħinu fl-implimentazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi u finanzjarji, iż-żamma ta’ kontijiet finanzjarji u/jew baġitarji, fl-iddisinjar, it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proċeduri tar-Regolament Finanzjarju, it-tfassil tal-istimi tal-baġit u tar-rapporti/tal-kontijiet annwali, il-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji, l-ippjanar u l-immaniġġjar tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku, it-twettiq tal-immaniġġjar finanzjarju u operazzonali ta’ kuntratti jew sussidji, sehem fl-immaniġġjar ta’ flus u/jew rikonċiljazzjoni tal-bank, is-segwitu tal-proċeduri finanzjarji u baġitarji u s-sorveljanza tal-metodi kontabilistiċi u l-immaniġġjar finanzjarju tad-dħul.

 

Kwalifiki Importanti

Għandu jkollok għarfien tajjeb tal-anqas ta’ 2 lingwi tal-UE, u jew edukazzjoni postsekondarja fil-finanzi jew fil-kontabilità u tal-anqas xi snin esperjenza professjonali skont il-kompetizzjoni, jew edukazzjoni sekondarja u diversi snin ta' esperjenza professjonali fil-finanzi jew il-kontabilità skont il-kompetizzjoni.

Jistgħu jiġu impjegati aġenti kuntrattwali wkoll sabiex iwettqu xi kompiti relatati mal-finanzi u l-kontabilità, iżda r-rekwiżiti għandhom imnejn ivarjaw.

Skopri aktar dwar il-proċedura ta’ selezzjoni. Tista' ssib ukoll utli t-testijiet kampjun tagħna.

 

Ara l-paġna tat-Traineeships tagħna għal aktar informazzjoni dwar it-traineeships.