EPSO

Teknoloġija tal-Informazzjoni

Deskrizzjoni tal-impjieg

L-IT hi essenzjali biex l-istituzzjonijiet tal-UE jaħdmu kif suppost u biex iwettqu xogħol li jaffettwa l-ħajja ta’ miljuni ta’ Ewropej. Jekk għandek kwalifika fit-teknoloġija tal-informazzjoni, tista’ tapplika biex taħdem għall-istituzzjonijiet tal-UE jew bħala amministratur jew inkella bħala assistent fl-IT. Jistgħu jiġu impjegati aġenti kuntrattwali wkoll sabiex jaħdmu fil-qasam tal-IT u tat-telekomunikazzjonijiet.

Il-ħidma tiegħek bħala amministratur fl-IT tista’ tinvolvi l-maniġment, il-monitoraġġ u l-analiżi ta' proġett u ta' proċess, l-analiżi u l-konsulenza teknika, il-koordinazzjoni u l-konsultazzjoni bejn is-servizzi, is-servizzi tat-telekomunikazzjoni, iċ-ċentri tal-ipproċessar tad-data, l-immaniġġjar u s-superviżjoni tas-servizzi tal-email, is-servizzi tan-networks tad-data u n-networks vokali, l-iżvilupp tal-web, l-iżvilupp ta’ software għall-ġbir tad-data statistika u l-maniġment tas-sigurtà tal-IT.

 

Kwalifiki Ewlenin

Għandu jkollok għarfien tajjeb tal-anqas ta’ 2 lingwi tal-UE, lawrja jew kwalifika postgradwatorja fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, għad-dħul fil-Grad AD 5 (il-grad ta’ dħul għall-amministraturi permanenti), u diversi snin ta’ esperjenza rilevanti, biex tingħaqad magħna f’livell ogħla (Grad AD 7).

Biex tidħol fil-livell ta’ Grad AST 3 (assistant), għandu jkollok għarfien tajjeb tal-anqas ta’ 2 lingwi tal-UE u jew edukazzjoni postsekondarja jew tal-anqas xi snin ta’ esperjenza professjonali skont il-kompetizzjoni, jew inkella edukazzjoni sekondarja u diversi snin ta' esperjenza professjonali skont il-kompetizzjoni.

Il-ħtiġijiet għal aġenti kuntrattwali jistgħu jvarjaw.

Skopri aktar dwar il-proċedura ta’ selezzjoni. Tista' ssib ukoll utli t-testijiet kampjun tagħna.

 

Ara l-paġna tat-Traineeships tagħna għal aktar informazzjoni dwar it-traineeships.