Il-profili ta’ Karriera mal-UE

.

Meta taħdem mal-UE, tista’ ssegwi ħafna għażliet ta’ karriera differenti, skont is-suġġetti tiegħek. Pereżempju, jekk int imħarreġ bħala avukat, ekonomista, jew lingwista għandek tikkunsidra rwoli fejn tagħmel użu sħiħ tal-ħiliet u/jew l-esperjenzi ta’ xogħol preċedenti. Tista’ wkoll tagħżel bejn jekk tixtieq tapplika għal rwol bħala amministratur jew assistent. B’forza tax-xogħol ta’ 40,000 ruħ, hemm opportunità kbira biex issib il-post ideali tiegħek. Qabbel il-ħiliet tiegħek mal-profili tal-impjiegi tagħna hawn taħt.