FAQs

Kandidati li għaddew / reklutaġġ

Jiena għandi diżabilità jew marda li teħtieġ aġġustamenti fit-tagħmir tal-uffiċċju u/jew l-ambjent tax-xogħol tiegħi. Lil min għandi nikkuntattja?

Jekk jogħġbok innota li l-EPSO ma jgħaddi ebda informazzjoni dwar id-diżabilità u l-bżonnijiet speċifiċi tiegħek lid-dipartimenti tar-reklutaġġ, sabiex tiġi rrispettata l-kunfidenzjalità tad-data u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni. Jekk teħtieġ aġġustamenti jew għandek xi bżonnijiet speċifiċi, għandek tinforma lil min se jħaddmek direttament meta tiġi rreklutat. Jekk tixtieq tkun infurmat dwar kwalunkwe azzjoni pożittiva mressqa minn ċerti impjegaturi għall-persuni b’diżabilità, tista’ timmarka l-kaxxa korrispondenti fil-profil tiegħek. F’dan il-każ, id-dipartimenti tar-reklutaġġ se jingħataw...

aktar

Hemm appoġġ għar-rilokazzjoni?

Hekk kif tirċievi offerta ta' impjieg, l-Uffiċċji ta' Akkoljenza fi Brussell u l-Lussemburgu se jgħinuk tissetilja. B'mod partikolari, se jgħinuk issib fejn toqgħod (inkluża l-verifika tal-kuntratt tal-kera tiegħek). Jiġu organizzati Ġranet ta' Informazzjoni biex jgħinu lill-partners jissetiljaw f'ħajja ġdida f'pajjiż ġdid. Kemm Brussell kif ukoll il-Lussemburgu joffru skejjel nazzjonali, Ewropej u internazzjonali eċċellenti. Nistgħu ngħinuk tagħmel kuntatt mal-krexx, il-playgroups u faċilitajiet oħra.

aktar

Nista’ naħdem f’pajjiż barra minn Brussell jew il-Lussemburgu?

80% tal-impjiegi huma bbażati fi Brussell u l-Lussemburgu. Il-Kummissjoni Ewropea għandha rappreżentanzi f'kull pajjiż tal-UE.  Il-Parlament Ewropew ukoll għandu uffiċċju ta' informazzjoni f'kull pajjiż tal-UE u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu delegazzjonijiet f'postijiet madwar id-dinja. L-UE għandha wkoll ħafna aġenziji u entitajiet deċentralizzati bbażati f'pajjiżi differenti. Sib liema minn dawn huma bbażati f’pajjiżek.

aktar

Kemm iddum valida l-lista ta’ riżerva tiegħi?

Il-listi ta’ riżerva għall-uffiċjali permanenti (ġenerali) normalment huma validi għal sena waħda (jew tliet snin għall-ispeċjalisti). Il-validità tal-listi ta' riżerva tista' tittawwal skont il-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet. Li tkun fuq il-lista ta’ riżerva, madankollu, ma jagħtix garanzija ta’ reklutaġġ.

aktar

Kif jirreklutaw l-istituzzjonijiet mil-listi tal-EPSO?

Kif ikun hemm opportunitajiet ta’ xogħol, l-istituzzjonijiet jivverifikaw il-profili tal-kandidati li għaddew biex jidentifikaw lil dawk li jaqblu l-aktar mal-ħtiġijiet tagħhom (pereżempju, f’termini ta’ edukazzjoni, l-esperjenza professjonali u l-ħiliet lingwistiċi). L-istituzzjonijiet jistgħu wkoll jagħżlu li jippubblikaw il-postijiet vakanti disponibbli għal kandidati li għaddew minn proċeduri ta’ selezzjoni rilevanti. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkuntattjaw kandidati li għaddew għal intervista u skont ir-riżultat, jagħmlu offerta formali ta’ impjieg. Għal raġunijiet prattiċi, il-...

aktar

Fejn nista' nikseb aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol?

Se ssib aktar informazzjoni fir-regolamenti tal-persunal.

aktar

Fejn se nkun qed naħdem jekk niġi reklutat?

Jekk tgħaddi mill-istadji kollha, tista’ tiġi reklutat biex taħdem f'istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni Ewropea jew fi Brussell jew fil-Lussemburgu. Jekk jogħġbok iċċekkja l-avviż jew is-sejħa għal aktar informazzjoni. L-istituzzjonijiet li ġejjin għandhom il-proċeduri ta' selezzjoni tagħhom: Il-Bank Ċentrali Ewropew Il-Bank Ewropew tal-Investiment Il-Fond Ewropew tal-Investiment

aktar

X’inhi "lista ta’ riżerva"?

L-applikanti li jgħaddu minn kompetizzjoni għal uffiċjali permanenti jitqiegħdu f’lista ta’ riżerva li minnha l-istituzzjonijiet jieħdu l-kandidati kif u meta jiġu bżonnhom. Għalhekk, l-għan ta' kompetizzjoni, mhuwiex biex jimtela' post speċifiku, iżda biex ikun hemm ġabra ta' riżerva għall-bżonnijiet tar-reklutaġġ. Jekk int wieħed mill-applikanti li ġibt ħafna marki fil-fażi tal-evalwazzjoni, titqiegħed fil-lista ta' riżerva. Dan ifisser li tista' tintgħażel għal intervista għal impjieg f'waħda mill-istituzzjonijiet tal-UE. Il-listi ta' riżerva għall-kompetizzjonijiet ġenerali huma validi...

aktar

Sibt tweġiba?

Iva Le