Jekk int interessat fl-opportunitajiet ta’ karrieri u fil-proċeduri ta’ selezzjoni tal-UE, tista’ tikkuntattja liċ-Ċentru ta’ Kuntatt ta’ EUROPE DIRECT (fi kwalunkwe lingwa mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE):
Jekk għandek mistoqsija dwar il-proċedura ta’ selezzjoni, l-applikazzjoni jew it-testijiet tiegħek, jeħtieġlek tikkuntattja l-EPSO b’mod dirett u normalment għandek tingħata tweġiba fi żmien 5 ijiem li fihom miftuħin għax-xogħol. Madankollu, mistoqsijiet aktar kumplessi, jew dawk li jeħtieġu traduzzjoni, jistgħu jieħdu aktar żmien.
Jekk jogħġbok ara kif se tkun immaniġġjata d-data personali tiegħek.