Kompetizzjoni tal-Amministraturi Gradwati tal-2018

Insawru l-Ewropa tal-futur

Int gradwat reċenti? Qed tfittex karriera eċċitanti ġdida? Għandek sett ta’ ħiliet tajjeb, ambizzjoni u motivazzjoni eċċellenti? L-istituzzjonijiet tal-UE qed ifittxu gradwati b’talent u professjonisti żgħażagħ biex jimlew aktar minn 100 rwol ġdid ta’ amministraturi gradwati. Ir-rwol joffri firxa wiesgħa ta’ kompiti fil-formulazzjoni tal-politika, it-twassil operazzjonali u l-maniġment tar-riżorsi. Dan jista’ jkun il-bidu perfett għal karriera stimulati u varjata, ibbażata fl-ibliet vibranti ta’ Brussell jew il-Lussemburgu, fejn se jkollok iċ-ċans li ġenwinament tagħmel differenza għall-Ewropa. Għandek tistenna li se taħdem fuq il-kwistjonijiet tal-ġurnata, bħall-indirizzar tat-tibdil fil-klima, l-immaniġġjar tal-migrazzjoni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ixprunar tat-tkabbir u tal-ħolqien tal-impjiegi.

L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom bżonn livelli sinifikanti ta’ inġenjożità, reżiljenza u aġilità mentali, iżda joffru wkoll firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet biex twessa’ t-tagħlim tiegħek, ittejjeb il-ħiliet tiegħek u tiżviluppa l-karriera tiegħek. Se tkun qed taħdem f’timijiet multikulturali, internazzjonali u varjati għall-benefiċċju ta’ ħajjet aktar minn 500 miljun ċittadin u iktar.

Titlifx din l-opportunità ta’ karriera mill-aqwa – ir-reġistrazzjoni tiftaħ fit-8 ta’ Marzu 2018.

Nies bilqiegħda u qed jitkellmu.

Għandek dak li hu meħtieġ?

Qabel ma tapplika, importanti li taħsibha sew jekk karriera fl-UE hijiex l-għażla t-tajba għalik. Bħala indikazzjoni, fl-2016 applikaw aktar minn 20,000 kandidat iżda 1% biss ġew mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni. Il-proċess ta’ selezzjoni huwa kompetittiv ħafna, peress li hemm biss madwar 158 post fil-lista ta’ riżerva.

Kun af li mhuwiex biżżejjed li tikseb il-minimu meħtieġ fit-testijiet. Huma biss dawk li jiksbu l-ogħla marki li jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-proċedura ta’ selezzjoni. Il-kwestjonarju “Karriera fl-UE, Karriera Għalija?” u t-test ta’ awtovalutazzjoni se jagħtuk idea realistika jekk intix se tilħaq l-istandards għoljin meħtieġa biex jirnexxilek.

Jeħtieġ li jkollok lawrja universitarja ta’ mill-inqas tliet snin, għarfien tajjeb ta’ żewġ lingwi Ewropej u ċittadinanza tal-UE.
 

 

Ħarsa ġenerali lejn l-Amministraturi Gradwati 2018



Applikazzjoni

PARTI 1

Ikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek; iddikjara l-lingwi tal-UE kollha tiegħek

Applikazzjoni

PARTI 2

Agħżel il-lingwa 1 u 2 tiegħek, imla l-formola ta’ applikazzjoni

Testijiet fuq il-kompjuter (CBT)

Testijiet verbali, numeriċi, ta’ raġunament astratt (b’ lingwa 1) u testijiet ta’ analiżi sitwazzjonali (b’ lingwa 2). Iċ-ċentri tat-testijiet madwar id-dinja

E-tray

B’ lingwa 2: iċ-ċentri tat-testijiet fl-Istati Membri tal-UE

Iċ-Ċentru ta' Valutazzjoni

B’ lingwa 2: studju ta’ każ (fl-Istati Membri tal-UE); preżentazzjoni orali, intervista bbażata fuq il-kompetenza, eżerċizzju fi grupp u intervista motivazzjonali (fi Brussell)

Lista ta’ riżerva

Lista 158 bil-kandidati li rnexxew

Ibda