Amministraturi fil-qasam tal-Politika dwar is-Sustanzi Kimiċi

Paġna ewlenija > Amministraturi fil-qasam tal-Politika dwar is-Sustanzi Kimiċi
people in a lab

Inti speċjalist fil-qasam tas-sustanzi kimiċi? Tixtieq tibda karriera internazzjonali f’ambjent multikulturali? Jekk iva, allura kompli aqra.

Il-Kummissjoni Ewropea (KE) bħalissa qed tfittex speċjalisti b’esperjenza professjonali fil-qasam tas-sustanzi kimiċi. L-uffiċjali tal-politika reklutati (grad AD 6) se jaħdmu prinċipalment fid-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (DĠ GROW) u d-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (DĠ ENV) tal-KE.

Il-kompiti ewlenin tiegħek se jkunu li tiżviluppa, timmaniġġja u timplimenta politika u leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sustanzi kimiċi, li twettaq kompiti regolatorji fid-diversi oqsma tas-sustanzi kimiċi, inklużi li ssegwi valutazzjonijiet tar-riskju għas-saħħa tal-bniedem u ambjentali u analiżijiet soċjoekonomiċi, u li timmonitorja l-infurzar tal-leġiżlazzjoni. Se tħejji u tipparteċipa wkoll fil-laqgħat u n-negozjati tal-Istati Membri, se timmonitorja x-xejriet u l-ftehimiet kummerċjali, u se tkun involut fin-negozjati fil-qasam tal-politika dwar is-sustanzi kimiċi, inklużi n-negozjati internazzjonali.

Bħala impjegatur, l-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tal-UE joffru komunità ta’ għarfien espert b’firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet biex twessa’ t-tagħlim, ittejjeb il-ħiliet u tiżviluppa l-karriera tiegħek. 

Ir-rispett għad-diversità kulturali u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs huma prinċipji fundamentali tal-UE u l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal jagħmel minn kollox biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess indaqs lill-kandidati kollha. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-politika tagħna ta’ opportunitajiet indaqs u kif għandek tagħmel biex titlob aġġustamenti speċjali għall-eżamijiet ta’ selezzjoni fil-paġna ddedikata tagħna.

 

Għandek dak li hu meħtieġ?

Biex tapplika, trid tkun ċittadin tal-UE b’għarfien ta’ mill-anqas 2 lingwi tal-UE: għarfien profond tal-Lingwa 1 (waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE) u għarfien sodisfaċenti tal-Lingwa 2 (l-Ingliż jew il-Franċiż).

Għandek bżonn ukoll lawrja universitarja ta’ mill-anqas 4 snin f’wieħed mis-suġġetti li ġejjin: il-kimika, l-inġinerija kimika, il-mineraloġija, it-tħaffir fil-minjieri, it-tossikoloġija, l-ekotossikoloġija, il-bijoloġija, l-istudji ambjentali, il-mediċina umana jew veterinarja, il-farmakoloġija, jew f’suġġett ieħor direttament rilevanti għan-natura tad-dmirijiet, segwiti minn mill-anqas 3 snin esperjenza professjonali fil-qasam tas-sustanzi kimiċi. Tista' tapplika wkoll jekk ikollok lawrja universitarja ta’ mill-anqas 3 snin fl-oqsma msemmijin hawn fuq segwiti b’ta’ mill-anqas 4 snin ta’ esperjenza professjonali fil-qasam tas-sustanzi kimiċi.

Jekk dan jaqbel mal-profil tiegħek, mela inti dak li qed infittxu.

Għal informazzjoni ddettaljata dwar ir-rekwiżiti, jekk jogħġbok aqra l-Avviż tal-Kompetizzjoni fil-paġna tal-applikazzjoni tagħna hawn taħt.

Il-perjodu tal-applikazzjoni jiftaħ fil-11 ta’ Marzu 2021.