Amministraturi fil-qasam tad-dwana u t-tassazzjoni

Home > Amministraturi fil-qasam tad-dwana u t-tassazzjoni

Int speċjalista b’talent u motivat fl-affarijiet doganali jew it-tassazzjoni? Il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex amministraturi prinċipalment biex jiġu reklutati mid-dipartiment responsabbli għall-politiki tal-UE dwar it-tassazzjoni u d-dwana.

Fil-qasam doganali, il-kompiti jistgħu jinkludu l-abbozzar u l-analiżi ta’ leġiżlazzjoni doganali kif konsolidata fil-Pakkett tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u fit-Tariffa Doganali tal-Komunità, fid-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni korrespondenti u regoli oħra relatati, kif ukoll f’oqsma speċifiċi oħra doganali bħall-kontrolli doganali, il-proċess tal-modernizzazzjoni tad-dwana u/jew l-applikazzjonijiet tal-IT tagħha. Tista’ wkoll tintalab tirrappreżenta u tinnegozja f’isem l-Istituzzjoni fil-livell tal-UE u f'dak internazzjonali.

Fil-qasam tat-tassazzjoni, il-kompiti jistgħu jinkludu analiżi ta’ kwistjonijiet tat-tassazzjoni diretta u/jew indiretta, valutazzjonijiet legali skont ir-regoli u proċeduri dwar it-taxxa jew l-għajnuna mill-istat applikabbli, analiżi tal-impatt tagħhom u l-preżentazzjoni ta’ abbozzi legali jew it-tħejjija ta’ analiżi ekonomika ta’ dawn il-kwistjonijiet. Tista’ tintalab tiżviluppa attivitajiet ta’ komunikazzjoni fil-qasam tax-xogħol tiegħek u tinnegozja fil-livell internzzjonali fl-oqsma tal-analiżi ekononika u l-evalwazzjoni tat-taxxi, tassazzjoni diretta u indiretta.

Ir-rispett għad-diversità kulturali u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs huma prinċipji fundamentali tal-UE u l-Uffiċċju għas-Selezzjoni tal-Persunal jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess indaqs għal kandidati kollha. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-politika tagħna ta’ opportunitajiet indaqs u kif għandek tagħmel biex titlob aġġustamenti speċjali għall-eżamijiet ta’ selezzjoni fuq il-paġna ddedikata tagħna.

Titlifx din l-opportunità ta’ karriera mill-aqwa – ir-reġistrazzjoni tiftaħ fil-11 ta’ Otturbu 2018!

Għandek dak li hu meħtieġ biex tapplika?

Għandek tkun ċittadin tal-UE u għandu jkollok għarfien tal-anqas ta’ żewġ lingwi uffiċjali tal-UE, li waħda minnhom trid tkun l-Ingliż jew il-Franċiż.

Biex tapplika, irid ikollok lawrja minn università ta’ mill-anqas 4 snin segwita minn tal-anqas 6 snin esperjenza professjonali relatata man-natura tal-kompiti jew lawrja minn università ta’ mill-anqas 3 snin segwita minn tal-anqas 7 snin esperjenza professjonali relatata mal-kompiti.  

 

Ħarsa ġenerali tal-Amministraturi fil-qasam tad-dwana u t-tassazzjoni

Ħarsa ġenerali lejn il-proċedura tas-selezzjoni: 

Applikazzjoni

Testijiet fuq il-kompjuter (CBT)

Talent screener

Iċ-Ċentru ta' Valutazzjoni

Lista ta’ riżerva