Amministraturi fil-qasam tal-Protezzjoni tad-<i>Data</i>

Home > Amministraturi fil-qasam tal-Protezzjoni tad-<i>Data</i>

Int speċjalist tal-protezzjoni tad-data motivat bl-esperjenza fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika? Jekk iva, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) qed ifittxek!

Mal-KEPD se tkun qed tmiss b’idejk xi wħud mill-isfidi l-aktar problematiċi u ta’ impenn f’dan il-qasam. Bħala speċjalist tal-protezzjoni tad-data, inti se tħejji kemm rapporti, opinjonijiet u deċiżjonijiet bl-għan li tiżgura l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-regolament u l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, kif ukoll il-monitoraġġ tal-iżviluppi tal-politiki u leġiżlattivi relatati mal-protezzjoni tad-data personali.

Ir-rispett għad-diversità kulturali u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs huma prinċipji fundamentali tal-UE u l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal jagħmel minn kollox biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess ugwali lill-kandidati kollha. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-politika tagħna u kif għandek tagħmel biex titlob aġġustamenti speċjali fit-testijiet ta’ selezzjoni għal kandidati b’diżabbiltà jew bi bżonnijiet speċjali fil-paġna ta’ opportunitajiet indaqs tagħna.

Titlifx din l-opportunità ta’ karriera mill-aqwa – ir-reġistrazzjoni tiftaħ fis-26/07/2018.

 

Għandek dak li hu meħtieġ?

Sabiex tapplika, trid tkun ċittadin tal-UE bi grad universitarju mill-anqas ta’ tliet snin, segwit minn tal-anqas tliet snin esperjenza professjonali fl-oqsma legali jew tal-protezzjoni tad-data, nofshom fil-qasam tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data fl-amministrazzjoni pubblika. Barra minn hekk, għandu jkollok ħakma tajba ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE u għarfien sodisfaċenti tal-Ingliż.

 

Ħarsa ġenerali tal-Amministraturi fil-qasam tal-Protezzjoni tad-Data

Ħarsa ġenerali lejn il-proċedura tas-selezzjoni: 

Applikazzjoni

Testijiet fuq il-kompjuter (CBT)

Talent screener

Iċ-Ċentru ta' Valutazzjoni

Lista ta’ riżerva