Uffiċjali tas-sigurtà u l-protezzjoni armati

Home > Uffiċjali tas-sigurtà u l-protezzjoni armati

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qed ifittxu Uffiċjali tas-Sigurtà u l-Protezzjoni Armati biex jikkontribwixxu għall-operat bla xkiel tal-istituzzjonijiet tal-UE.

Bħala uffiċjal tas-sigurtà u tal-protezzjoni armat, inti se tiżgura ambjent sigur u sikur għall-persunal, il-viżitaturi, il-mistednin u l-proprjetà billi tagħmel ir-rondi u l-monitoraġġ tal-binjiet u l-persunal. Għandek tkun kapaċi timpedixxi sitwazzjonijiet ta’ theddida għas-sigurtà, taġixxi maljar biex iġġib sitwazzjoni taħt il-kontroll u tirrapporta kwalunkwe mġiba u inċident suspettużi. Għandu mnejn tkun meħtieġ li taħdem xifts ta’ bi nhar jew ta’ bil-lejl, matul il-weekends u l-festi pubbliċi, u tivvjaġġa f’pajjiżi barranin.

Ir-rispett għad-diversità kulturali u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs huma prinċipji fundamentali tal-UE u l-Uffiċċju għas-Selezzjoni tal-Persunal jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess indaqs għal kandidati kollha. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-politika tagħna ta’ opportunitajiet indaqs u kif għandek tagħmel biex titlob aġġustamenti speċjali għat-testijiet ta’ selezzjoni fil-paġna dedikata tagħna.

Titlifx din l-opportunità ta’ karriera mill-aqwa – ir-reġistrazzjoni tiftaħ fit-30/08/2018.

 

Għandek dak li hu meħtieġ?

Għandek tkun ċittadin tal-UE u għandu jkollok għarfien tal-anqas ta’ żewġ lingwi uffiċjali tal-UE, li waħda minnhom trid tkun l-Ingliż jew il-Franċiż. Barra minn hekk, jeħtieġlek tkun fiżikament b’saħħtek biex twettaq id-doveri tiegħek, f’qagħda li tirċievi liċenzja ta’ arma tan-nar u ppreparat li tgħaddi minn investigazzjoni tas-sikurezza.

 

Ħarsa ġenerali ta’ Uffiċjali tas-Sigurtà u l-Protezzjoni Armati

 

Ħarsa ġenerali lejn il-proċedura tas-selezzjoni: 

Applikazzjoni

Testijiet fuq il-kompjuter (CBT)

Talent screener

Test intermedju 

Iċ-Ċentru ta' Valutazzjoni

Lista ta’ riżerva