Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Paġna ewlenija > Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Semma’ leħnek

Permezz tal-pjattaforma diġitali multilingwi l-ġdida, persuni mill-Ewropa kollha jistgħu – għall-ewwel darba fil-livell tal-UE – ikollhom vuċi akbar dwar dak li jistennew mill-UE, u jikkummentaw dwar l-ideat tal-oħrajn.

Permezz tal-pjattaforma tista’:

  • Taqsam l-ideat tiegħek ma’ ħaddieħor u taqbel jew tikkummenta fuq l-ideat ta’ ħaddieħor b’waħda mil-lingwi magħżula.
  • Taċċessa mappa tal-avvenimenti u tirreġistra biex tipparteċipa.
  • Tapplowdja informazzjoni dwar l-avvenimenti li organizzajt int stess.

Suġġetti koperti:

  • It-tibdil fil-klima u l-ambjent
  • Is-saħħa
  • Ekonomija aktar b’saħħitha, il-ġustizzja soċjali u l-impjiegi
  • L-UE fid-dinja
  • Il-valuri u d-drittijiet, l-istat tad-dritt, is-sigurtà
  • It-trasformazzjoni diġitali
  • Demokrazija Ewropea
  • Il-migrazzjoni
  • L-edukazzjoni, il-kultura, iż-żgħażagħ u l-isport
  • Ideat oħra

Żur il-pjattaforma u semma’ leħnek --> https://futureu.europa.eu/