Operaturi tal-Konferenzi

Home > Operaturi tal-Konferenzi
Picture showing a conference room

Għandek esperjenza fit-tħaddim ta’ tagħmir awdjoviżiv? Tista’ tirreaġixxi malajr għal ċirkostanzi li qed jinbidlu u tieħu l-inizjattiva? Tikkomunika b’mod effettiv mal-kollegi tiegħek u għandek ħiliet tajbin ta’ soluzzjoni tal-problemi? Il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex li tirrekluta operaturi tal-konferenzi (segretarji/skrivani tal-grupp ta' funzjonijiet). 

L-operaturi tal-konferenzi huma responsabbli għat-tħaddim ta’ tagħmir tekniku tal-ħoss u tal-immaġni f’installazzjonijiet multimedia/awdjoviżivi jew tal-konferenzi kif ukoll jipprovdu appoġġ tekniku tal-ewwel livell għat-tagħmir awdjoviżiv u tal-kompjuter. Id-dmirijiet jinkludu r-rekordjar tad-dibattiti f’format diġitali, il-verifika ta' kuljum gta' tagħmir awdjoviżiv għal installazzjonijiet tal-kmamar tal-konferenzi, u li jintgħażlu l-immaġnijiet minn konfigurazzjoni b’aktar minn kamera waħda ta' laqgħat u avvenimenti. L-operaturi għandhom ikunu jistgħu jaħdmu ta’ spiss taħt pressjoni waħedhom u f’tim.

Bħala impjegatur, l-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tal-UE joffru komunità ta’ għarfien espert b’firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet biex twessa’ t-tagħlim, ittejjeb il-ħiliet u tiżviluppa l-karriera tiegħek. Ir-rispett għad-diversità kulturali u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs huma prinċipji fundamentali tal-UE u l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal jagħmel minn kollox biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess ugwali lill-kandidati kollha. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-politika tagħna ta’ opportunitajiet indaqs u kif għandek tagħmel biex titlob aġġustamenti speċjali għall-eżamijiet ta’ selezzjoni fil-paġna ddedikata tagħna.

Titlifx din l-opportunità kbira ta’ karriera – il-perjodu ta’ applikazzjoni jiftaħ fis-7 ta’ Novembru!

 

Għandek dak li hu meħtieġ biex tapplika?

Trid tkun ċittadin tal-UE u jrid ikollok għarfien tal-inqas ta’ 2 lingwi uffiċjali tal-UE, li waħda minnhom trid tkun l-Ingliż jew il-Franċiż.

Barra minn hekk, għandek bżonn edukazzjoni postsekondarja ta’ mill-inqas sena segwita minn esperjenza professjonali ta’ mill-inqas erba’ snin relatata b’mod dirett mad-dmirijiet jew edukazzjoni sekondarja li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja segwita minn tal-inqas sitt snin esperjenza professjonali relatata b’mod dirett mad-dmirijiet. Tista’ tapplika wkoll jekk għandek taħriġ professjonali ta’ mill-inqas sena, segwit minn tal-inqas sitt snin esperjenza professjonali, marbuta direttament man-natura tad-dmirijiet. 

Għal informazzjoni dettaljata dwar ir-rekwiżiti, jekk jogħġbok aqra l-Avviż tal-Kompetizzjoni ppubblikat fis-7 ta’ Novembru 2019.

 

Ħarsa ġenerali lejn il-proċedura tas-selezzjoni: 

Applikazzjoni

Testijiet fuq il-kompjuter (CBT)

Talent screener

Iċ-Ċentru ta' Valutazzjoni

Lista ta’ riżerva