Ġuristi lingwisti Olandiżi u Ġermaniżi

Home > Ġuristi lingwisti Olandiżi u Ġermaniżi

Int ikkwalifikat fil-liġi Awstrijaka, Belġjana, Olandiża jew Ġermaniża? Allura int tista’ tkun wieħed mill-ġuristi lingwisti li jmiss sabiex jissieħbu mal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Lussemburgu!

Bħala ġurist lingwista, għandek tkun kapaċi tittraduċi testi legali kumplessi tal-anqas minn żewġ lingwi uffiċjali tal-UE għal-lingwa ewlenija tiegħek. Int se jkollok sehem ewlieni biex tipprovdi analiżi legali b’kooperazzjoni mar-Reġistri u mad-dipartimenti l-oħrajn tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Ir-rispett għad-diversità kulturali u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs huma prinċipji fundamentali tal-UE u l-Uffiċċju għas-Selezzjoni tal-Persunal jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess indaqs għall-kandidati kollha. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-politika tagħna ta’ opportunitajiet indaqs u kif għandek tagħmel biex titlob aġġustamenti speċjali fl-eżamijiet ta’ selezzjoni għal kandidati b’diżabilità jew bi bżonnijiet speċjali fil-paġna ta’ opportunitajiet indaqs tagħna.

Titlifx din l-opportunità ta’ karriera mill-aqwa – ir-reġistrazzjoni hi miftuħa sat-3 ta’ Lulju 2018.

 

Għandek dak li hu meħtieġ?

Jeħtieġlek tkun ċittadin tal-UE b’diploma universitarja fil-liġi Awstrijaka, Belġjana, (minn università li fiha jitkellmu l-Olandiż), Olandiża jew Ġermaniża u ħakma perfetta tal-Olandiż jew tal-Ġermaniż. Barra minn hekk, għandu jkollok ħakma tajba ta’ żewġ lingwi oħrajn tal-UE, li waħda minnhom għandha tkun il-Franċiż.

 

Ħarsa ġenerali lejn il-Ġuristi lingwisti Olandiżi u Ġermaniżi

 

Ħarsa ġenerali lejn il-proċedura tas-selezzjoni: 

Applikazzjoni

Talent screener

Testijiet preliminari

Iċ-Ċentru ta' Valutazzjoni

Lista ta’ riżerva