Kompetizzjoni tal-Amministraturi Gradwati 2019

Home > Kompetizzjoni tal-Amministraturi Gradwati 2019

L-UE qed tfittex gradwati żgħażagħ

Iggradwajt dan l-aħħar b’sett eċċellenti ta’ ħiliet? Tmur tajjeb f’ambjent ta’ xogħol internazzjonali? Ħerqan biex tikkontribwixxi għat-tiswir tal-futur tal-Ewropa?

L-istituzzjonijiet tal-UE jagħtuk l-opportunità li taħdem fuq uħud mill-aktar sfidi urġenti li qed inħabbtu wiċċna magħhom bħala soċjetà. Bħalissa qegħdin infittxu gradwati ta’ talent u professjonisti żgħażagħ li lesti jilqgħu l-isfidi u li jassumu firxa wiesgħa ta’ kompiti fil-kuntest tat-tfassil u t-twettiq tal-politiki tal-UE, u fl-immaniġġjar tar-riżorsi. Neħtieġu kapaċità għaqlija u reżiljenza iżda nagħtu wkoll opportunitajiet biex jitħalla impatt pożittiv sinifikanti fuq l-Ewropa.

Ħidma mal-UE tfisser kontribut f’wieħed mill-aktar proġetti ta’ integrazzjoni impressjonanti ta’ żmienna. Se tkun parti minn timijiet diversi li jwettqu ħidma fuq kwistjonijiet topiċi bħall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, l-immaniġġjar tal-migrazzjoni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu jew it-tisħiħ tat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. Il-ħarsien tad-data personali, l-iżgurar tas-sikurezza alimentari, il-garanzija tad-drittijiet tal-passiġġieri fil-vjaġġi tagħhom, il-possibbiltà ta’ teknoloġija sostenibbli u l-preservazzjoni tan-natura huma biss ftit mill-firxa wiesgħa ta’ suġġetti li qed nittrattaw. Biex tkun taf aktar dwar x’tagħmel l-UE għaċ-ċittadini tagħha nitolbuk iżżur is-sit web EUandme

Ir-rispett għad-diversità kulturali u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs huma prinċipji fundamentali tal-UE u l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal jagħmel minn kollox biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess ugwali lill-kandidati kollha. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-politika tagħna ta’ opportunitajiet indaqs u kif għandek tagħmel biex titlob aġġustamenti speċjali għall-eżamijiet ta’ selezzjoni fuq il-paġna ddedikata tagħna.

Il-membri l-ġodda tal-persunal jibdew il-karriera tagħhom fi Brussell jew fil-Lussemburgu. Hemm xi opportunitajiet ta’ xogħol f’postijiet madwar l-Ewropa u madwar id-dinja.

Titlifx din l-opportunità ta’ karriera mill-aqwa – ir-reġistrazzjoni tiftaħ fit-23 ta’ Mejju 2019.

 

Għandek dak li hu meħtieġ?

Biex tapplika jrid ikollok lawrja tal-università mill-anqas ta’ 3 snin fi kwalunkwe qasam u l-għarfien ta’ 2 lingwi tal-UE u ċittadinanza tal-UE. Studenti fl-aħħar sena tal-istudji tagħhom jistgħu japplikaw ukoll jekk jingħataw id-diploma tagħhom sal-31 ta’ Lulju 2019.

Qabel ma tapplika, importanti li taħsibha sew dwar jekk karriera fl-UE hix l-għażla t-tajba għalik. “Karriera fl-UE, Karriera Għalija?” hu kwestjonarju u test ta’ awtovalutazzjoni li jagħtuk idea realistika dwar il-probabbiltà li tilħaq l-istandards għoljin meħtieġa biex tgħaddi. 

Jekk jogħġbok kun af li mhux biżżejjed li tikseb il-minimu meħtieġ fit-testijiet. Huma biss dawk li jiksbu l-ogħla marki li jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-proċedura ta’ selezzjoni. 

 

Ħarsa ġenerali lejn il-proċedura tas-selezzjoni



Applikazzjoni

PARTI 1

Ikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek; iddikjara l-lingwi tal-UE kollha tiegħek

Applikazzjoni

PARTI 2

Agħżel il-lingwa 1 u 2 tiegħek, imla l-formola ta’ applikazzjoni

Testijiet fuq il-kompjuter (CBT)

Testijiet verbali, numeriċi, ta’ raġunament astratt (b’ lingwa 1) u testijiet ta’ analiżi sitwazzjonali (b’ lingwa 2). Iċ-ċentri tat-testijiet madwar id-dinja

E-tray

B’ lingwa 2: iċ-ċentri tat-testijiet fl-Istati Membri tal-UE

Iċ-Ċentru ta' Valutazzjoni

B’ lingwa 2: studju ta’ każ (fl-Istati Membri tal-UE); preżentazzjoni orali, intervista bbażata fuq il-kompetenza, eżerċizzju fi grupp u intervista motivazzjonali (fi Brussell)

Lista ta’ riżerva

Lista 145 bil-kandidati li rnexxew