Tradutturi tal-lingwa Irlandiża

Home > Tradutturi tal-lingwa Irlandiża

L-istituzzjonijiet tal-UE jkopru firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika li jinkludu l-għoti ta’ għajnuna għall-iżvilupp u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tal-kriminalità organizzata u l-iżgurar tad-drittijiet tal-minoranzi, kif ukoll il-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-appoġġ għall-iżvilupp reġjonali. It-tradutturi huma fil-qalba ta’ dawn l-attivitajiet u jittraduċu testi fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u b’hekk isaħħu l-komunikazzjoni u jgħinu liċ-ċittadini jifhmu r-rwol tal-UE fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. It-tradutturi jaħdmu b’testi kumplessi politiċi, legali, ekonomiċi, finanzjarji, xjentifiċi u tekniċi li jkopru s-suġġetti kollha tal-Unjoni Ewropea.

Bħalissa, il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex tradutturi tal-lingwa Irlandiża (grad AD 5). It-tradutturi reklutati se jitrraduċu dokumenti mill-Ingliż għall-Irlandiż.

Il-kandidati magħżula jistgħu jiġu offruti kuntratt temporanju għal erba’ snin, li jista’ jiġġedded għal perjodu massimu ta’ sentejn. Jekk tintgħażel, tkun ibbażat fil-bini tal-Kummissjoni fl-Irlanda (Grange, Co Meath) jew fi Brussell.

Bħala impjegatur, l-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tal-UE joffru komunità ta’ għarfien espert b’firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet biex twessa’ t-tagħlim, ittejjeb il-ħiliet u tiżviluppa l-karriera tiegħek. Ir-rispett għad-diversità kulturali u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs huma prinċipji fundamentali tal-UE u l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal jagħmel minn kollox biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess indaqs lill-kandidati kollha. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-politika tagħna ta’ opportunitajiet indaqs u kif għandek tagħmel biex titlob aġġustamenti speċjali għall-eżamijiet ta’ selezzjoni fil-paġna ddedikata tagħna.

Titlifx din l-opportunità kbira ta’ karriera – il-perjodu ta’ applikazzjoni jiftaħ fit-13 ta’ Frar!

 

Għandek dak li hu meħtieġ biex tapplika?

Għandek tkun ċittadin tal-UE u jkollok għarfien perfett tal-Irlandiż u għarfien profond tal-Ingliż

Barra minn hekk, għandek bżonn ta’ lawrja universitarja ta’ mill-inqas tliet snin ta’ studji fi kwalunkwe dixxiplina.

Għal informazzjoni ddettaljata dwar ir-rekwiżiti, jekk jogħġbok aqra s-Sejħa għal Espressjoni ta' Interess għall-aġenti temporanji ppubblikata fit-13 ta’ Frar 2020.