Tradutturi tal-lingwa Irlandiża

Tixtieq tgħin liċ-ċittadini jifhmu r-rwol tal-UE f’ħajjithom ta’ kuljum u ssaħħaħ il-komunikazzjoni? Għandek passjoni għal-lingwi? L-istituzzjonijiet tal-UE qed ifittxu tradutturi tal-lingwa Irlandiża.

Bħala traduttur, se tkun qed tittraduċi minn tal-inqas żewġ lingwi sors għal-lingwa ewlenija tiegħek, kif ukoll se tkun qed tirrevedi testi, twettaq riċerka ta’ terminoloġija u tipprovdi parir lingwistiku. Se tittratta testi politiċi, legali, ekonomiċi, finanzjarji, xjentifiċi u tekniċi kumplessi li jkopru s-suġġetti kollha tal-Unjoni Ewropea filwaqt li taħdem bi skadenzi stretti.

Ir-rispett għad-diversità kulturali u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs huma prinċipji fundamentali tal-UE u l-Uffiċċju għas-Selezzjoni tal-Persunal jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess indaqs għall-kandidati kollha. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-politika tagħna ta’ opportunitajiet indaqs u kif għandek tagħmel biex titlob aġġustamenti speċjali għall-eżamijiet ta’ selezzjoni fuq il-paġna ddedikata tagħna.

Titlifx din l-opportunità ta’ karriera mill-aqwa – ir-reġistrazzjoni tiftaħ fit-12/07/2018.

 

Għandek dak li hu meħtieġ?

Int trid tkun ċittadin tal-UE b’lawrja tal-università ta’ tal-inqas 3 snin fi kwalunkwe suġġett. Irid ikollok ħakma perfetta tal-Irlandiż u ħakma tajba ta’ żewġ lingwi oħra tal-UE. Waħda minnhom trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż.

 

 

Ħarsa ġenerali lejn it-tradutturi tal-lingwa Irlandiża

 

Applikazzjoni

Testijiet tat-traduzzjoni

Iċ-Ċentru ta' Valutazzjoni

Lista ta’ riżerva