
Appell għal kooperazzjoni lill-organizzazzjonijiet kollha tal-UE involuti fil-promozzjoni u l-benessri ta’ ċittadini tal-UE b’diżabbiltà
EPSO – l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal għandu bżonn l-għajnuna tiegħek!
Fl-EPSO aħna nemmnu u nippromwovu b’mod attiv l-ugwaljanza u d-diversità fis-selezzjonijiet tagħna kollha.
B’mod partikolari nixtiequ nilħqu liċ-ċittadini b’diżabbiltà tal-UE (inklużi b’diversi kundizzjonijiet mediċi) u nħeġġuhom japplikaw biex jaħdmu għall-istituzzjonijiet jew l-aġenziji tal-UE, u biex dan iseħħ għandna bżonn l-għajnuna tiegħek.
Inti organizzazzjoni li tirrappreżenta liċ-ċittadini b’diżabbiltà, inklużi diversi kundizzjonijiet mediċi? Jekk iva, jekk jogħġbok għinna nilħqu lill-kandidati b’diżabbiltà u bi bżonnijiet speċifiċi.
Kif?
Ingħaqad man-network tagħna (il-bażi tad-data) tal-organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabbiltà u ppromwovi l-karrieri tal-UE fost il-membri tiegħek.
B’dan il-mod, l-EPSO jipprovdilek b’mod regolari informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ impjieg u l-għażliet tal-EPSO li tista’ taqsam mal-membri tiegħek.
Interessat?
Jekk jogħġbok imla din il-formola u għidilna aktar dwar l-organizzazzjoni tiegħek.
Qed nistennew bil-ħerqa li nikkooperaw miegħek biex niżguraw opportunitajiet aħjar għaċ-ċittadini kollha tagħna.
Aktar dettalji?
Għal aktar informazzjoni rigward il-politika tal-EPSO dwar l-ugwaljanza u d-diversità, jekk jogħġbok żur il-paġna ta’ opportunitajiet indaqs tagħna.
Skopri l-fuljett pass pass tagħna dwar kif titlob aġġustamenti speċjali tat-testijiet ta' selezzjoni. https://epso.europa.eu/sites/epso/files/documents/special-adjustment-lea...
Jekk int jew il-membri tiegħek tiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex taċċessaw dan id-dokument b’teknoloġija assistiva, jekk jogħġbok irreferi għal din il-verżjoni aċċessibbli.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ibgħat email lil EPSO-equality-diversity@ec.europa.eu.
Skopri l-video tagħna dwar aġġustamenti speċjali fit-testijiet ta’ selezzjoni: