Ingħaqad man-network tagħna ta’ organizzazzjonijiet involuti fid-diversità u l-inklużjoni

Paġna ewlenija > Ingħaqad man-network tagħna ta’ organizzazzjonijiet involuti fid-diversità u l-inklużjoni
picture showing a man in a wheel chair and 2 women in front of a computer

Nappellaw għall-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet kollha tal-UE involuti fid-diversità u l-inklużjoni.

EPSO – l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal għandu bżonn l-għajnuna tiegħek!

 

L-EPSO jemmen fl-ugwaljanza u d-diversità fis-selezzjonijiet kollha tiegħu u jippromwovihom b’mod attiv.

B’mod partikolari qed jistinka biex jilħaq aktar talent divers biex iwessa’ r-rappreżentanza tad-diversità tal-UE fi ħdan il-grupp ta’ applikanti tal-EPSO u fl-aħħar mill-aħħar fi ħdan l-Istituzzjonijiet tal-UE.

L-EPSO jixtieq jinfurmahom dwar l-opportunitajiet ta’ karriera mal-UE u dwar il-politika tiegħu dwar l-ugwaljanza u d-diversità u jinkuraġġihom jikkunsidraw karriera fl-istituzzjonijiet jew fl-aġenziji tal-UE u fl-aħħar mill-aħħar japplikaw għas-selezzjonijiet tal-EPSO li għaddejjin u dawk futuri.

Jekk l-organizzazzjoni tiegħek (inklużi NGOs, korpi tal-ugwaljanza, organizzjonijiet umbrella, assoċjazzjonijiet...) tirrappreżenta liċ-ċittadini tal-UE minn raggruppamenti speċifiċi bħall-etniċità, l-orjentazzjoni sesswali, l-istatus soċjoekonomiku, id-diżabbiltà jew kwalunkwe grupp ieħor ta’ minoranza – l-EPSO japprezza l-għajnuna u l-kooperazzjoni tiegħek biex tagħmel kuntatt miegħu.

 

Kif? Sempliċi – ingħaqad man-network tagħna!

Meta tingħaqad man-network tagħna (bażi tad-data) tal-organizzazzjonijiet involuti fid-diversità u l-inklużjoni tista’ tgħin tippromwovi l-karrieri fl-UE fost il-membri tiegħek.

L-EPSO jista’ jipprovdilek informazzjoni b’mod regolari u f’waqtha dwar l-opportunitajiet ta’ impjieg u s-selezzjonijiet tal-EPSO li għaddejjin u dawk ippjanati li tista’ tixxerja mal-membri tiegħek.

 

Interessat?

Jekk jogħġbok imla din il-formola u għidilna aktar dwar l-organizzazzjoni tiegħek u t-tip ta’ kollaborazzjoni li tixtieq li jkollok mal-EPSO.

L-EPSO qed jistenna bil-ħerqa li jikkoopera miegħek biex jiżgura opportunitajiet aħjar għaċ-ċittadini kollha tagħna.

 

Aktar dettalji?

Għal aktar informazzjoni dwar il-politika tal-EPSO dwar l-ugwaljanza u d-diversità, jekk jogħġbok żur il-paġna web tagħna dwar l-opportunitajiet indaqs.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ibgħat email lil  EPSO-equality-diversity@ec.europa.eu.

 

Inti organizzazzjoni li tirrappreżenta lil persuni b’diżabbiltajiet?

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar id-diżabbiltà u l-aġġustamenti speċjali fit-testijiet ta’ selezzjoni fil-paġna web tagħna dwar l-opportunitajiet indaqs flimkien ma’ testimonjanzi mill-uffiċjali tal-UE li jaħdmu għall-istituzzjoni tal-UE, video, fuljett pass pass u manwal dwar kif titlob aġġustamenti speċjali fit-testijiet ta’ selezzjoni u ħarsa ġenerali lejn l-akkomodamenti possibbli fit-testijiet ta’ selezzjoni.

Għal aktar informazzjoni dwar ħtiġijiet speċifiċi, diżabbiltà jew aġġustamenti speċjali, jekk jogħġbok ibgħat email lil EPSO-accessibility@ec.europa.eu.