Paġna ewlenija > Salvatore Biondo, Assistent tal-Programm fl-OIB

Salvatore Biondo, Assistent tal-Programm fl-OIB

“Minn dejjem kont affaxxinat mill-binjiet u speċjalment min-naħa teknika tagħhom. Hu għalhekk li ninsab kuntent li nagħmel parti mit-tim tal-manutenzjoni għall-binjiet kollha tal-Kummissjoni fi Brussell (uffiċċji, crèches, eċċ.). Ir-responsabbiltà ewlenija tiegħi hi li niżgura li kollox ikun teknikament konformi. Dan hu xogħol varjat ħafna: ngħaqqad il-ħidma fuq il-post mal-aspett amministrattiv tal-proġetti. Għandi ħafna awtonomija. Fl-istess ħin, inżomm kuntatt kostanti mal-kollegi tiegħi u mal-kuntratturi esterni. Tassew nieħu gost naqsam l-ideat u nsib soluzzjonijiet tekniċi flimkien magħhom. Dan hu xogħol interessanti mimli sfidi – hu l-mod tiegħi li bih ngħin sabiex tinbena l-Ewropa.”

Assistent tal-Programm fl-OIB, Kummissjoni Ewropea