Twissija ta’ scam: offerti ta’ impjiegi frodulenti

Home > Twissija ta’ scam: offerti ta’ impjiegi frodulenti
internet cyber attack alert with red broken padlock icon showing unsecured data

Inġibditilna l-attenzjoni li qed jiġu offruti impjiegi b’mod frodulenti li jiddikjaraw b'mod falz li qed jinħarġu mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Aħna nħeġġuk li tqis suspettużi l-emails, it-telefonati, u l-messaġġi mhux mitluba li jitolbu għal informazzjoni personali jew xi pagament finanzjarju.

Taħt l-ebda ċirkostanza m’għandek taqsam id-dettalji personali tiegħek, tieħu xi azzjoni jew tagħmel pagamenti abbażi ta’ dawn il-komunikazzjonijiet frodulenti.

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) fl-ebda ħin ma jitlob ħlas.

Il-proċeduri tal-għażla kollha tagħna huma ppubblikati fuq is-sit web tagħna.

Jekk b’xi mod jidħollok dubju jew issir taf bi kwalunkwe użu mhux xieraq tal-isem tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), jekk jogħġbok irrappurtah billi tikkuntattjana mill-ewwel.