Speċjalisti fir-riċerka xjentifika

Inti speċjalist fir-riċerka xjentifika b’talent? Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea bħalissa qed ifittex persunal imħarreġ, prinċipalment biex jaħdem f’Sevilja, Petten, Ispra, Geel u Karlsruhe.

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka jopera qrib il-proċess tat-tfassil tal-politika li jservi l-interess komuni tal-Istati Membri tal-UE, filwaqt li huwa indipendenti minn interessi speċjali.

Bħala speċjalist fir-riċerka xjentifika, inti se tipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku xprunat mill-klijenti għall-ħolqien, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-UE.

Ir-rispett għad-diversità kulturali u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs huma prinċipji fundamentali tal-UE u l-Uffiċċju għas-Selezzjoni tal-Persunal jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess indaqs għall-kandidati kollha. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-politika tagħna ta’ opportunitajiet indaqs u kif għandek tagħmel biex titlob aġġustamenti speċjali għat-testijiet ta’ selezzjoni fuq il-paġna ddedikata tagħna.

Titlifx din l-opportunità kbira ta’ karriera – il-perjodu ta’ applikazzjoni jiftaħ fil-21 ta’ Frar!

 

Għandek dak li hu meħtieġ biex tapplika?

Trid tkun ċittadin tal-UE u jkollok għarfien tajjeb ħafna ta’ waħda mill-24 lingwa tal-UE, kif ukoll għarfien sodisfaċenti tal-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan jew l-Ispanjol.

Barra minn hekk, teħtieġ grad universitarju ta’ mill-inqas 4 snin f’dominju xjentifiku rilevanti segwit minn tal-inqas 6 snin esperjenza professjonali rilevanti għad-dmirijiet, jew grad universitarju ta’ mill-inqas 3 snin f’dominju xjentifiku rilevanti segwit minn tal-inqas 7 snin esperjenza professjonali.

 

Ħarsa ġenerali lejn il-proċedura tas-selezzjoni: 

Applikazzjoni

Talent screener

Iċ-Ċentru ta' Valutazzjoni

Lista ta’ riżerva