Speċjalisti fir-riċerka legali - Avukati

Int avukat b’talent bi kwalifika fil-liġi Ċiprijotta, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana jew Pollakka? Mela jista’ jkun li inti l-persuna li qed tfittex il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja biex taħdem fid-Direttorat għar-Riċerka u d-Dokumentazzjoni.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tinterpreta l-liġi tal-UE biex tiżgura li tiġi applikata bl-istess mod fil-pajjiżi kollha tal-UE. Tirriżolvi tilwimiet legali bejn il-gvernijiet nazzjonali u l-istituzzjonijiet tal-UE. L-individwi u l-organizzazzjonijiet jistgħu wkoll, taħt ċerti kundizzjonijiet, iressqu każijiet quddiem il-Qorti jekk iħossu li istituzzjoni tal-UE tkun kisret id-drittijiet tagħhom.

Bħala avukat speċjalizzat fir-riċerka legali, inti se tassisti lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti Ġenerali fit-twettiq tad-dmirijiet ġudizzjarji tagħhom u se tgħin fit-tixrid tal-każistika tal-UE. Inti se twettaq analiżi tal-każistika tal-qrati u analiżi preliminari ta’ każijiet ġodda. Se tirriċerka wkoll il-liġi tal-UE u dik nazzjonali kif ukoll il-liġi komparattiva. Jekk inti avukat bl-esperjenza, se tidderieġi wkoll proġetti speċifiċi fuq il-post, u tfassal u tirfina għodod tar-riċerka legali għat-tixrid tal-liġi nazzjonali u tal-UE.

Ir-rispett għad-diversità kulturali u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs huma prinċipji fundamentali tal-UE u l-Uffiċċju għas-Selezzjoni tal-Persunal jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess indaqs għall-kandidati kollha. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-politika tagħna ta’ opportunitajiet indaqs u kif għandek tagħmel biex titlob aġġustamenti speċjali għall-eżamijiet ta’ selezzjoni fuq il-paġna ddedikata tagħna.

Titlifx din l-opportunità kbira ta’ karriera – il-perjodu ta’ applikazzjoni jiftaħ fis-7 ta’ Marzu 2019!

 

Għandek dak li hu meħtieġ biex tapplika?

Trid tkun ċittadin tal-UE u jkollok għarfien tajjeb tal-lingwa tal-Istat Membru fejn ksibt il-kwalifika legali tiegħek, kif ukoll għarfien sodisfaċenti tal-Franċiż.

Barra minn hekk, irid ikollok għarfien tajjeb ħafna tal-liġi tal-UE, għarfien estensiv, fil-fond u aġġornat tal-liġi nazzjonali tiegħek u ħiliet ta’ riċerka legali eċċellenti. Hawn taħt tista’ tara r-rekwiżiti speċifiċi.
 

 

Ħarsa ġenerali lejn il-proċedura tas-selezzjoni: 

Applikazzjoni

Talent screener

Test intermedju 

Iċ-Ċentru ta' Valutazzjoni

Lista ta’ riżerva