Tip ta’ lment

Home > Tip ta’ lment

TIPI TA’ LMENTI

STADJU TAL-KOMPETIZZJONI

X’JISTA’ JIĠI KKONTESTAT?

MIN ĦA D-DEĊIŻJONI KKONTESTATA?

PROĊEDURA

ATTURI INVOLUTI (MIN JIPPROĊESSA? / MIN JIDDEĊIEDI?)

RIŻULTAT

NEWTRALIZZAZZJONI

It-testijiet b'għażliet multipli bbażati fuq il-kompjuter (CBT)

Kontenut ta’ mistoqsija(ijiet) tat-test(ijiet) b’għażla multipla bbażata fuq il-kompjuter (CBT)

Il-Bord tas-Selezzjoni (hu japprova l-kontenut tat-test)
 

It-talba għandha tintbagħat lill-EPSO fi żmien 3 jiem kalendarji mid-data tat-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter

Il-proċess ta’ rieżami magħmul mill-Bord tas-Selezzjoni

/

Id-deċiżjoni meħuda mill-Bord tas-Selezzjoni

Fil-każ ta’ newtralizzazzjoni ta’ mistoqsija, isir kalkolu mill-ġdid tal-marki fost il-mistoqsijiet li jibqgħu.

TALBA GĦAL RIEŻAMI

L-ammissjoni

Id-deċiżjonii li ma titħalliex toqgħod għall-kompetizzjoni

Il-bord tas-Selezzjoni

It-talba għandha tintbagħat lill-EPSO fi żmien 10 ijiem kalendarji mid-data tad-deċiżjoni ppubblikata fil-kont tal-EPSO tiegħek

Il-proċess ta’ rieżami magħmul mill-Bord tas-Selezzjoni
/
Id-deċiżjoni meħuda mill-Bord tas-Selezzjoni

F’każ ta’ ammissjoni mill-ġdid, il-kandidati huma integrati mill-ġdid fil-pass tal-kompetizzjoni li fih kienu esklużi.

It-talent screener (TS)

Id-deċiżjoni li tistabbilixxi r-riżultati tat-TS tiegħek

It-test preliminari

Id-deċiżjoni li tistabbilixxi r-riżultati tat-test tiegħek

Iċ-Ċentru ta' Valutazzjoni

Id-deċiżjoni li tistabbilixxi r-riżultati tat-test tiegħek

ILMENT AMMINISTRATTIV (ART90 (2))

Kwalunkwe

Id-deċiżjoni li taffettwa b’mod negattiv l-istatus legali tiegħek bħala kandidat

Il-Bord tas-Selezzjoni jew l-Awtorità tal-Ħatra

L-ilment amministrattiv għandu jintbagħat lill-Awtorità tal-Ħatra (jiġifieri lid-Direttur tal-EPSO) fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta

L-ilment ittrattat mis-settur legali tal-EPSO, jekk neċessarju b’kollaborazzjoni mal-Bord tas-Selezzjoni jew mal-atturi l-oħrajn ikkonċernati

/

Id-deċiżjoni meħuda mill-Awtorità tal-Ħatra

Id-deċiżjoni tal-Bord tas-Selezzjoni ma tistax tkun annullata jew emendata mill-Awtorità tal-Ħatra wara lment amministrattiv.
M’hemm għalhekk ebda punt li tissottometti lment amministrattiv kontra deċiżjoni tal-Bord tas-Selezzjoni.

APPELLI ĠUDIZZJARJI

Kwalunkwe

Id-deċiżjoni li taffettwa b’mod negattiv l-istatus legali tiegħek bħala kandidat

Il-Bord tas-Selezzjoni jew l-Awtorità tal-Ħatra

L-Appell għandu jintbagħat lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea fi żmien tliet xhur u għaxart ijiem min-notifika tad-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta.

L-appell ittrattat mis-settur legali tal-EPSO b’kollaborazzjoni mas-servizz legali tal-Kummissjoni

/

Id-deċiżjoni meħuda mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

Deċiżjoni kkontestata tista’ tiġi annullata iżda mhux emendata mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

ILMENT LILL-OMBUDSMAN EWROPEW

Kwalunkwe

Malamministrazzjoni suspettata

Mhux applikabbli

L-ilment għandu jintbagħat direttament lill-Ombudsman Ewropew fi żmien sentejn mid-data li fiha l-fatti li hi bbażata fuqhom ġew għall-attenzjoni tal-persuna li qed tressaq l-ilment.

L-ilment ittrattat mis-settur legali tal-EPSO b’kollaborazzjoni mas-servizzi tal-Ombudsman

/

Ir-rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-Ombudsman

L-Ombudsman jagħmel rakkomandazzjonijiet bl-għan li jintemm is-suspett tal-malamministrazzjoni.

ILMENT TEKNIKU

Kwalunkwe

Żball tekniku / problema organizzazzjonali

Mhux applikabbli

Ara l-avviż tal-kompetizzjoni

EPSO

Il-Bord tas-Selezzjoni hu informat sabiex tittieħed deċiżjoni xierqa (jiġifieri r-repetizzjoni tat-testijiet, eċċ.).