EPSO

Merħba fil-MOOC il-ġdid tal-EPSO!

X'inhu l-MOOC?

“MOOC” hija l-abbrevjazzjoni ta’ Massive Online Open Course - Kors Onlajn Miftuħ Massiv. L-għan tiegħu hu li jipprovdi korsijiet edukattivi u tħejjija għall-eżamijiet permezz tal-internet.

Il-MOOCs ġew introdotti għall-ewwel darba fix-xena globali fl-2006 u minn dakinhar ’l hawn komplew iżidu l-popolarità tagħhom mal-aqwa universitajiet u organizzazzjonijiet internazzjonali madwar id-dinja.

Il-MOOC tagħna (li bħala proġett pilota, bħalissa hu disponibbli bl-Ingliż biss) hu mfassal biex jipprovdi lil kandidati potenzjali bi gwida estensiva għall-proċeduri ta’ selezzjoni tal-EPSO, inklużi l-istadji u t-testijiet differenti involuti, spjegazzjoni tal-valutazzjoni bbażata fuq il-kompetenzi, ħarsa ġenerali lejn ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà tagħna, eċċ.

Dan il-kors interattiv ta’ orjentazzjoni se jkompli jittejjeb u jiżviluppa abbażi tal-feedback tal-utenti disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Hawnhekk issib ħarsa ġenerali lejn il-moduli tagħna:

  1. Dak kollu li għandek tkun taf qabel ma tapplika;
  2. Kif tapplika sew;
  3. Kif iżżid iċ-ċansijiet tiegħek li tgħaddi;
  4. Affarijiet li għandek tkun taf dwar il-Lista ta’ Riżerva.

Il-moduli elenkati hawn fuq għandhom l-għan li jissimplifikaw u jispjegaw il-proċess ta’ selezzjoni tagħna waqt li fl-istess ħin jipprovdu pariri utli u idea tal-ħajja ta’ kuljum fl-Istituzzjonijiet.

Jekk tixtieq taċċessa l-MOOC tagħna, jekk jogħġbok ikklikkja l-link li ġej minn fejn se tintbagħat fil-paġna esterna mis-sit web tagħna.