Paġna ewlenija > Xanthi, Uffiċjal Legali

Xanthi, Uffiċjal Legali

“Ix-xogħol fl-EDPS hu impjieg uniku u li jagħti ħafna sodisfazzjon; hu opportunità biex nikkollabora ma’ kollegi minn sfondi differenti. Bħala parti mir-rwol tiegħi, għandi l-kompitu diffiċli li ninvestiga l-ilmenti li jaslu mingħand individwi li d-data personali tagħhom tiġi pproċessata mill-istituzzjonijiet Ewropej. Barra minn hekk, jien inwettaq awditi li matulhom nispezzjona jekk l-istituzzjonijiet Ewropej humiex qed isegwu r-regolament applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

Ir-responsabbiltajiet tiegħi ma jiqfux hemm; kelli wkoll l-opportunità li nħarreġ u nagħti pariri lill-membri tal-persunal fl-istituzzjonijiet Ewropej kollha dwar kif jistgħu jipproteġu d-data personali tal-individwi fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum. Meta ngħaqadt mal-EDPS sibt is-sodisfazzjon li nista’ nikkontribwixxi għall-promozzjoni ta’ kultura tal-protezzjoni tad-data fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE, niżgura li d-dritt fundamentali tal-individwi għall-privatezza jiġi protett, kif ukoll niżviluppa aktar għadd kbir ta’ ħiliet matul il-proċess. “

Uffiċjal Legali, Unità tas-Superviżjoni u l-Infurzar, Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data