Iċċekkja li qed tuża l-login u l-password korretti (ara “Insejt il-username/il-login tiegħek Insejt il-password tiegħek?').Nota ta’ tfakkir: ma għandekx permess toħloq aktar minn Kont tal-EPSO wieħed, iżda f’każ li l-Kont tal-EPSO tiegħek tħassar, tista’ toħloq wieħed ġdid għall-applikazzjonijiet futuri tiegħek. Il-Kont tal-EPSO tiegħek għandu mnejn tħassar skont l-istqarrija ta’ privatezza dwar il-protezzjoni tad-data personali. Fil-qosor, b’mod regolari nħassru l-kontijiet li ġejjin:Il-Kontijiet tal-EPSO bla applikazzjonijiet u li nħolqu aktar minn sena iluIl-Kontijiet tal-EPSO tal-anqas b...