L-EPSO ma jikkontribwixxi għall-ebda spiża tal-ivvjaġġar imġarrba mill-parteċipazzjoni tiegħek fi kwalunkwe test ibbażat fuq il-kompjuter jew test preliminari/intermedju (jiġifieri t-testijiet b’mistoqsijiet b'għażla multipla, it-test e-tray u t-testijiet tat-traduzzjoni).Il-kandidati mistiedna għall-istudju tal-każ jew għal test bil-miktub fil-qasam, u b’indirizz ta’ residenza f’pajjiż barra l-UE huma intitolati li jitolbu kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom jekk it-testijiet huma parti miċ-ċentru ta’ evalwazzjoni (jekk jogħġbok irreferi għall-avviż tal-kompetizzjoni...