Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Kif nista’ nikkanċella t-testijiet bil-kompjuter tiegħi?

Jekk tiddeċiedi li ma tagħmilx it-testijiet, għandek tikkanċella l-appuntament tiegħek biex postok isir disponibbli għal kandidat ieħor. Dan jista' jsir online sa 48 siegħa qabel il-ħin tat-test skedat tiegħek.

Din l-azzjoni hi irriversibbli u ttemm il-parteċipazzjoni tiegħek fil-proċedura ta’ selezzjoni.

Is-sistema ta’ ġestjoni tal-ibbukkjar tal-Prometric hi aċċessibbli mil-link fil-konferma tal-ibbukkjar fil-profil tal-EPSO tiegħek. Id-dettalji kollha dwar il-proċedura huma ppubblikati permezz tal-ittra ta’ stedina.