FAQs

Home > FAQs > Kif nista’ nibbukkja t-testijiet bil-kompjuter tiegħi?

Kif nista’ nibbukkja t-testijiet bil-kompjuter tiegħi?

Inti se tiġi mgħarraf bid-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu biex tkun tista’ tibbukkja permezz tal-kont tal-EPSO tiegħek/is-sit web tal-EPSO. Se tiġi attivata link għas-sistema ta’ bbukkjar tal-kuntrattur fil-kont tal-EPSO tiegħek biss matul dan il-perjodu tal-ibbukkjar.

Se tkun tista’ tagħżel id-data, il-ħin, il-pajjiż u ċ-ċentru tal-ittestjar skont id-disponibbiltà. Jekk jogħġbok kun af li mhux iċ-ċentri tal-ittestjar kollha se juru disponibilità fil-ħinijiet kollha. L-ippjanar ta’ kapaċità fiċ-ċentri tal-ittestjar differenti hu bbażat fuq il-ħinijiet ta’ ftuħ ta’ kull ċentru tal-ittestjar, l-għadd ta’ stazzjonijiet ta’ xogħol disponibbli, flimkien mal-għadd ta’ kandidati li għażlu dak iċ-ċentru partikolari.

Se tingħata firxa aktar limitata ta’ dati għall-ittestjar fil-każ ta’ ċerti testijiet (testijiet tat-traduzzjoni, tal-e-tray). L-istudju tal-każ u t-test bil-miktub fil-qasam huma ġeneralment organizzati fl-istess ġurnata għall-kandidati kollha.

Tista’ tagħżel ċentru tal-ittestjar differenti minn dak indikat fil-formola tal-applikazzjoni tiegħek.

Meta tiġi attivata l-link għall-ibbukkjar se ssib lista ta’ ċentri disponibbli għat-testijiet (fl-Istati Membri kollha tal-UE u fil-każ ta’ xi proċeduri, fid-dinja kollha) fuq: https://www.prometric.com/en-us/clients/EPSO/Pages/landing.aspx . Jekk ma tiskedax appuntament matul il-perjodu tal-ibbukkjar, l-applikazzjoni tiegħek se titqies bħala rtirata.

Jekk jogħġbok iċċekkja l-kont tal-EPSO tiegħek regolarment peress li mhux se tirċievi notifika bl-email ġaladarba tiġi attivata l-link għas-sit tal-ibbukkjar.

Għandek timla l-proċedura tal-ibbukkjar sal-aħħar skrin. Jekk ma jiġi ġġenerat ebda numru ta’ konferma u ma tasal ebda email mingħand il-kuntrattur, ma tkunx imlejt l-ibbukkjar b’mod korrett.

Il-kandidati kollha jiġu offruti l-istess għadd ta' jiem biex jibbukkjaw għat-test, irrispettivament meta applikaw.

Jekk jogħġbok iċċekkja l-istampi tal-iskrin li juruk il-proċedura tal-ibbukkjar pass pass.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le