FAQs

Home > FAQs > Case study > X’inhuma r-regoli ta’ kondotta fiċ-ċentri tal-ittestjar bil-kompjuter?

X’inhuma r-regoli ta’ kondotta fiċ-ċentri tal-ittestjar bil-kompjuter?

Kull min ma jirrispettax dawn ir-regoli ta’ kondotta jista’ jiġi eskluż miċ-ċentru tal-ittestjar u mill-bqija tal-proċedura ta’ selezzjoni:

Għandek issegwi r-Regolamenti taċ-Ċentru tat-Testijiet Prometric (disponibbli wkoll fiċ-ċentru tat-testijiet fil-jum tat-testijiet) u l-istruzzjonijiet kollha mogħtija mill-persunal taċ-ċentru tat-testijiet.

Kull sessjoni tat-test hija mmonitorjata u jittieħed filmat tagħha. Sabiex jiġi żgurat ambjent tal-ittestjar sigur, l-inviġilaturi jwettqu monitoraġġ fiżiku regolari fil-ħin li l-kandidati qed jagħmlu t-testijiet.

L-ikel u x-xorb huma permessi biss fil-kamra/fiż-żona għall-istennija iżda mhux fil-kamra tal-ittestjar. Ma jingħata ebda xorb fiċ-ċentri tal-ittestjar.

Għandek tagħmel it-testijiet bla ebda mezzi ta’ għajnuna jew tagħmir ħlief dak li hu pprovdut fiċ-ċentru tal-ittestjar.

L-oġġetti pprojbiti kollha (pereżempju, arloġġi tal-idejn, karta u pinen, kotba, noti, istruzzjonijiet, briefcases, basktijiet, kalkulaturi, kompjuters, laptops, tablets, mowbajls, MP3 plejers, kameras eċċ.) għandhom jintfew (għal kull oġġett li jipproduċi ħoss) u għandhom jitħallew f'lokers apposta pprovduti. Għal xi testijiet tat-traduzzjoni (meta dan ikun imsemmi speċifikament fl-Avviż ta’ kompetizzjoni), il-kandidati huma permessi jġibu d-dizzjunarji tagħhom stess. Jekk jogħġbok ara l-FAQ speċifika “Nista’ nġib id-dizzjunarji tiegħi għal testijiet tat-traduzzjoni?”.

Tista’ tintalab tneħħi n-nuċċali għal spezzjoni viżwali mill-qrib. 

Il-ġojjellerija, minbarra ċ-ċrieket tat-tieġ u tal-għerusija, huma pprojbiti fil-kamra tal-ittestjar.

Kwalunkwe oġġett ta’ lbies jew ġojjellerija permess fil-kamra tal-ittestjar għandu jibqa’ fuq il-persuna l-ħin kollu. Jekk tneħħi xi ħwejjeġ jew ġojjellerija, dawn għandhom jinħażnu fil-loker tiegħek.

La Prometric u lanqas l-EPSO ma jistgħu jaċċettaw kwalunkwe responsabbiltà għal telf jew ħsara ta’ proprjetà li ġġib miegħek fiċ-ċentru tal-ittestjar.

Peress li l-kandidati nisa tqal huma eżentati mill-iskannjar tas-sigurtà, għandek tinforma lill-istaff tal-Prometric jekk ma tixtieqx tkun soġġetta għal dan il-kontroll.

Huwa strettament ipprojbit li tikkopja jew tirreġistra bi kwalunkwe mod il-kontenut tat-test jew tagħmlu disponibbli lill-pubbliku. Il-kontenut kollu jibqa’ proprjetà tal-EPSO.

It-tipjip hu strettament ipprojbit fiċ-ċentru tat-testijiet.

M'għandux isir diskors fil-kamra tal-ittestjar. Jekk ikollok bżonn xi għajnuna, jekk jogħġbok sejjaħ inviġilatur billi tgħolli idejk.

Kwalunkwe mġiba arroganti, abużiva, derogatorja jew ta’ theddid lejn il-persunal jew il-kandidati l-oħrajn mhix se tkun ittollerata u tista’ twassal għall-esklużjoni tiegħek mill-kompetizzjoni.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le