Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Kif nista’ napplika għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u/jew tas-sussistenza?

Fil-jum taċ-Ċentru ta' Evalwazzjoni, jekk jogħġbok ġib miegħek:

  • it-tliet formoli li jinsabu hawn taħt (mimlijin u ffirmati);
  • kopja tal-karta tal-identità (iż-żewġ naħat jekk applikabbli) jew tal-passaport tiegħek;
  • dokumenti għall-ivvjaġġar.

Id-dokumenti segwenti se jiġu aċċettati bħala dokumenti ta’ sostenn:

  • ajruplan: karta tal-imbark jew kopja tal-biljett (il-fattura weħidha mhix suffiċjenti);
  • ferrovija, xarabank, vapur: kopja tal-biljett (il-fattura weħidha mhix suffiċjenti)
  • karozza: l-oriġinal tal-kont tal-fjuwil u/jew biljett tal-pedaġġ (il-prova ta’ pagament għandha tkun datata mhux aktar minn jumejn qabel id-data meta l-kandidat jieħu sehem fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni u minn triq li twassal għaċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni).

Jekk dawn id-dokumenti ma jiġux ipprovduti, it-talba tiegħek tiġi rifjutata.

  • kont tal-lukanda, jekk int intitolat għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-akkomodazzjoni (ara t-taqsima 6 tar-regoli).

Jekk sal-jum tat-testijiet tiegħek ikun għad m’għandekx dawn id-dokumenti kollha, tista' tibgħat il-file komplut bil-posta lil:

Jekk iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tiegħek hu fi Brussell:

European Personnel Selection Office
Travel expenses candidates
L-107
B-1049 Bruxelles
Belgium

Jew

Jekk iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tiegħek hu fil-Lussemburgu:

EPSO Luxembourg antenna
European Court of Justice, T/-0125
90, Boulevard Konrad Adenauer
Luxembourg L-1115

L-indirizz tal-profil tal-EPSO tiegħek jeħtieġlu jkun l-indirizz tar-residenza uffiċjali tiegħek waqt il-proċedura tas-selezzjoni. Nirrakkomandawlek li żżomm kopja tad-dokumenti kollha.

Meta tipparteċipa fit-testijiet taċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni tista’, jekk tkun eliġibbli, titlob kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħek, iżda mhux rimborż tal-ispejjeż kollha effettivament imġarrba (l-Artikolu 2). Barra minn hekk, fir-rigward tal-ispejjeż ta’ sussistenza, hi prevista kontribuzzjoni biss jekk it-testijiet varji fiċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni jsiru fuq jumejn konsekuttivi jew huma separati b’mhux iktar minn tlett ijiem (Artikolu 6). M’int se tirċievi ebda kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni għal-lejl ta’ qabel jew għal-lejl ta’ wara ċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni, skont ir-regoli hawn taħt:

Importanti: Jekk jogħġbok innota li għandek 3 xhur mid-data tat-test tiegħek, biex tibgħat it-talba sħiħa għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar/tas-sussistenza.

 

Dokumenti importanti:

- Talba għal formola ta' kontribuzzjoni

- Formola tal-entità legali (LEF): agħżel “Persuna fiżika”

- Formola tal-identifikazzjoni finanzjarja (BAF)