FAQs

Home > FAQs > X’inhu l-kwestjonarju “Karriera mal-UE, il-Karriera Għalija”?

X’inhu l-kwestjonarju “Karriera mal-UE, il-Karriera Għalija”?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

Għal xi proċeduri ta' selezzjoni se tintalab timla kwestjonarju "Karriera mal-EU, il-Karriera Għalija" qabel tapplika.

Dan il-kwestjonarju se jgħinek tifhem jekk għandikx il-perċezzjoni t-tajba ta' x’jinvolvi x-xogħol fl-Istituzzjonijiet tal-UE. Kull sena EPSO jorganizza firxa ta' kompetizzjonijiet li jkopru gradi u oqsma differenti. Għall-maġġoranza ta’ dawn il-kompetizzjonijiet, hemm għadd kbir ta’ applikanti, li ħafna minnhom mhux se jgħaddu mid-diversi stadji tal-proċess ta’ selezzjoni. Qabel tapplika, għalhekk ikun utli li tqis bir-reqqa xi jfisser xogħol f’istituzzjoni tal-UE u kemm dan ikun jixbah il-perċezzjoni tiegħek tal-ambjent tax-xogħol.

Dawn it-testijiet huma għodda ta' awtovalutazzjoni. Mhumiex eliminatorji. Ir-riżultati mhumiex irreġistrati u ma jitqisux jekk tiddeċiedi li tkompli bl-applikazzjoni tiegħek.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le