FAQs

Home > FAQs > L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għat-testijiet huma rimborżabbli?

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għat-testijiet huma rimborżabbli?

L-EPSO ma jikkontribwixxi għall-ebda spiża tal-ivvjaġġar imġarrba mill-parteċipazzjoni tiegħek fi kwalunkwe test ibbażat fuq il-kompjuter jew test preliminari/intermedju (jiġifieri t-testijiet b’mistoqsijiet b'għażla multipla, it-test e-tray u t-testijiet tat-traduzzjoni).

Il-kandidati mistiedna għall-istudju tal-każ jew għal test bil-miktub fil-qasam, u b’indirizz ta’ residenza f’pajjiż barra l-UE huma intitolati li jitolbu kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom jekk it-testijiet huma parti miċ-ċentru ta’ evalwazzjoni (jekk jogħġbok irreferi għall-avviż tal-kompetizzjoni rilevanti).

Meta tipparteċipa fit- testijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tista’, jekk tkun eleġibbli, titlob kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħek, iżda mhux għar-rimborż tal-ispejjeż kollha fil-fatt imġarrba (l-Artikolu 2). Barra minn hekk, fir-rigward tal-ispejjeż ta’ sussistenza, hija prevista kontribuzzjoni biss jekk it-testijiet varji fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jsiru fuq jumejn konsekuttivi jew huma separati b’mhux iktar minn tlett ijiem (Artikolu 6). M’int se tirċievi ebda kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni għal-lejl qabel jew għal-lejl wara ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni skont ir-regoli hawn taħt:

  • Ir-regoli dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji lejn l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ sussistenza għal persuni mistiedna għat-testijiet organizzati bħala parti minn kompetizzjoni jew proċedura ta’ selezzjoni, jew għal intervista jew eżami mediku (japplikaw għall-proċeduri ta’ selezzjoni ppubblikati mill-1 ta’ Jannar 2018)
  • Ir-regoli dwar il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-kandidati mistiedna jattendu testijiet fi proċedura ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO (iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, testijiet bil-miktub, prattiċi u/jew orali) (japplikaw għall-proċeduri ta’ selezzjoni ppubblikati mill-1 ta’ Ġunju 2015): bl-Ingliżil-Franċiżil-Ġermaniż

Importanti:  Jekk jogħġbok innota li għandek 3 xhur mid-data tat-test tiegħek biex tibgħat it-talba kollha għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar/tas-sussistenza.

B'mod ġenerali, l-indirizz tar-residenza indikat fil-kont tal-EPSO tiegħek se jintuża bħala l-bażi tal-kalkolu.

Jekk int eliġibbli jekk jogħġbok:

EPSO - Unit 01 Secretariat
C-25 7/56
European Commission
1049 Brussels
Belgium

Biex tkun taf aktar dwar kif tapplika għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, jekk jogħġbok ara din il-mistoqsija relatata.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le