FAQs

Home > FAQs > Nista’ napplika jekk għandi aktar kwalifiki milli tirrikjedi l-kariga?

Nista’ napplika jekk għandi aktar kwalifiki milli tirrikjedi l-kariga?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

L-avviż tal-kompetizzjoni jew is-sejħa ta’ espressjoni ta’ interess tiddeskrivi r-rekwiżiti minimi fir-rigward tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali. Dan jiddeskrivi wkoll in-natura tal-kompiti li jkollok twettaq.

Kwalunkwe persuna li tissodisfa tal-inqas dawn ir-rekwiżiti minimi u li l-kwalifiki/esperjenza tagħha huma rilevanti max-xogħol inkwistjoni tista' tapplika.

Anki jekk ikollok kwalifiki u esperjenza professjonali addizzjonali, tista’ biss tiġi rreklutat fil-grad/grupp ta’ funzjoni u għall-profil speċifikati.

Pereżempju, jekk għandek baċellerat xorta tista' tapplika għal proċedura ta’ selezzjoni tal-assistenti, fejn hi meħtieġa biss kwalifika postsekondarja. Madankollu, għandek taqra bir-reqqa n-natura tad-dmirijiet biex tiżgura li għandek l-esperjenza u l-motivazzjoni xierqa biex twettaq il-kompiti meħtieġa.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le