FAQs

Paġna ewlenija > FAQs > X’inhu "bord ta' selezzjoni"?

X’inhu "bord ta' selezzjoni"?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

Kull proċedura ta' selezzjoni għall-uffiċjali permanenti jkollha l-Bord ta' Selezzjoni tagħha stess li jkun responsabbli għall-għażla tal-kandidati f’kull stadju u għat-tfassil tal-lista finali tal-kandidati li għaddew. Kull Bord tas-Selezzjoni hu magħmul minn uffiċjali mill-Istituzzjonijiet tal-UE, u ġeneralment jikkonsisti minn Membri Permanenti u Membri Mhux Permanenti. Il-Membri Permanenti huma ssekondati mal-EPSO mill-istituzzjoni tagħhom normalment bejn 2 u 4 snin sabiex jiżguraw konsistenza fil-proċeduri tas-selezzjoni. Il-Membri Mhux Permanenti jinħatru għal proċedura ta’ selezzjoni partikolari għall-għarfien espert tekniku jew lingwistiku tagħhom, pereżempju.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le