FAQs

Paġna ewlenija > FAQs > X’inhi "lista ta’ riżerva"?

X’inhi "lista ta’ riżerva"?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

L-applikanti li jgħaddu minn kompetizzjoni għal uffiċjali permanenti jitqiegħdu f’lista ta’ riżerva li minnha l-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu l-kandidati kif u meta jiġu bżonnhom. Għalhekk, l-għan ta' kompetizzjoni, mhuwiex biex jimtela' post speċifiku, iżda biex ikun hemm ġabra ta' riżerva għall-bżonnijiet tagħhom tar-reklutaġġ.

Jekk int wieħed mill-kandidati li ġibt fost l-ogħla marki wara l-fażi tal-evalwazzjoni, titqiegħed fil-lista ta' riżerva.

Il-listi ta' riżerva għall-kompetizzjonijiet ġenerali huma validi għal sena. Għall-profili l-oħra, idumu validi għal tliet snin. Il-validità tal-listi ta' riżerva tista' tittawwal skont il-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le