FAQs

Paġna ewlenija > FAQs > X’inhuma d-dmirijiet ta’ Amministratur fl-Istituzzjonijiet tal-UE?

X’inhuma d-dmirijiet ta’ Amministratur fl-Istituzzjonijiet tal-UE?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

Ir-rwol ġenerali tal-amministraturi hu li jappoġġjaw lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex iwettqu l-missjoni tal-istituzzjoni jew tal-korp tagħhom. Ħafna drabi l-gradwati jibdew il-karriera tagħhom bħala amministraturi fl-istituzzjonijiet Ewropew bil-grad AD 5. L-amministraturi impjegati f'dan il-grad jistgħu jagħmlu, taħt superviżjoni, tliet tipi ewlenin ta’ xogħol fl-istituzzjonijiet: il-formulazzjoni tal-politika, il-funzjoni operazzjonali, u l-immaniġġjar tar-riżorsi.

Id-dmirijiet ewlenin, li jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, huma elenkati fl-Avviż ta’ Kompetizzjoni.

Tista’ wkoll tagħti daqqa t’għajn lejn is-sit web tagħna fejn issib aċċess għal informazzjoni utli dwar l-uffiċjali permanenti.

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le